Politika
Il-PN ħareġ bi proposti għal xogħol ta’ kwalità għal kulħadd – Dr Delia

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista ħareġ bi proposti għal xogħol ta’ kwalità għal kulħadd, li tidħol fis-seħħ id-direttiva tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja, ugwaljanza bejn is-sessi, dritt tal-ħajja, ġlieda kontra l-kanċer u ambjent nadif.

Waqt attività politika fil-Belt, Dr Delia qal li inutli li l-Gvern jibqa’ jgħid li għandu bżonn iktar ħaddiema u mbagħad jimporta l-iskjavitù. Sostna li b’dak li qal il-Prim Ministru Joseph Muscat li ma jimpurtax jekk il-ħaddiema tal-Gvern jiskartaw għax imorru jagħmlu xogħol part time, Dr Muscat qed jgħid li l-ħaddiema tal-Gvern mhux qed ilaħħqu mal-ħajja u wkoll li n-nies jistgħu jiksru l-liġi.

Adrian Delia qal li għall-Partit Nazzjonalista l-ħaddiema kollha huma importanti u li m’hemmx xogħol tal-ewwel jew tat-tieni klassi. Sostna li l-Partit Nazzjonalista jrid ukoll jinvesti fiż-żgħażagħ fejn qal li Malta għandha t-tieni l-ikbar rata ta’ żgħażagħ li ma jkomplux jistudjaw.

Dr Delia qal li hi tal-mistħija li bil-billboard li għamel fuq bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja, il-Gvern ried jieħu kredtu ta’ xi ħaġa li għamel l-ewro parlamentari Nazzjonalista David Casa li fi Brussell ħadem fuq din id-direttiva.

Dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, Adrian Delia qal li Partit Nazzjonalista jagħti garanzija li fl-Ewropa jaħdem biex in-nisa jitħallsu daqs l-irġiel u qal li n-nisa rispett u dinjità jridu, u mhux slogans.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Żewġ xufiera ta’ coaches dalgħodu rrikorrew għall-kura f’ċentru tas-saħħa wara ħabta fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.00am bejn coach tal-Aviaserv u coach tal-AirMalta, li ma kinux qed iġorru…

Xogħol

Il-Ministru Edward Zammit Lewis, filwaqt li nieda l-Premju Nazzjonali Ħaddiem tas-Sena, qal li l-ekonomija tistrieħ fuq il-ħaddiem, u li dan il-premju jirrikonoxxi l-bżulija. Iċ-Chairperson tal-kumitat organizzattiv, Angela Agius, spjegat li…

Kultura

Waqt konferenza tal-aħbarijiet tħabbar il-kunċert innovattiv bis-sehem tal-mużiċisti tal-banda, Ħuġġieġa tal-Banda 12th May b’għajnuna ta’ fondi mill-Kunsill Malti għall-Arti. Il-banda 12th May ta’ Ħaż Żebbuġ bħalissa qed tipprepara għall-proġett Ħuġġieġa,…

Sigurtà

Il-kumpanija ARMS iċċarat li l-ħaddiema tagħha li jintbgħatu jaqraw il-meters tad-dawl u l-ilma jridu jkunu lebsin l-uniformi kif tidher fir-ritratt. TVM infurmat li fl-aħħar ġimgħat xi residenti esprimew tħassib dwar…

Aktar