Politika
“Il-PN hu l-vuċi tal-ġenerazzjonijiet futuri” – il-Kap tal-PN

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li ta struzzjonijiet lit-team tiegħu biex ikomplu bid-diskussjonijiet dwar it-tibdil fil-klima. Dr Delia qal li l-Partit Nazzjonalista se jibqa’ fuq in-naħa tal-ġenerazzjonijiet futuri u għalhekk se jibqa’ fuq quddiem nett jinsisti għal emerġenza tal-klima b’sens ta’ responsabbiltà anke lejn iż-żgħażagħ.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li l-Partit Nazzjonalista ressaq mozzjoni biex jiġi ddikjarat stat ta’ emerġenza tal-klima f’isem il-ġenerazzjoni żagħżugħa u se jibqa’ jaħdem biex jinkiseb kunsens bit-tama li l-ġimgħa d-dieħla l-parlament jivvota favuriha.

Intervistat fuq NET FM, Dr Delia qal li l-Oppożizzjoni trid li tiġi ddikjarata din l-emerġenza biex il-pajjiż ikollu liġijiet li jrid josserva għaliex it-tibdil tal-klima se jolqot lil kulħadd, speċjalment ir-reġjun tal-Mediterran, u l-ġenerazzjonijiet li ġejjin.

Skont Dr Delia, il-Qorti Kostituzzjonali ddikjarat li l-Ministri Chris Cardona, Konrad Mizzi u Edward Scicluna, huma suspettati li kisru l-liġi u għalhekk biss ma tistax iġġiegħlhom jixhdu biex ma jinkriminawx ruħhom. Qal li pajjina mhux normali, għaliex il-Prim Ministru minflok ma jieħu passi kontrihom għax huma ssuspettati mill-ogħla Qorti li huma kriminali, baqa’ ma qal xejn.

Il-Kap Nazjonalista qal li fil-kawża li fetaħ lill-Avukat Ġenerali biex jingħata kopja tar-rapport Egrant, il-Qorti Kostituzzjonali ordnat lit-tliet Ministri biex jippreżentaw kopja tar-risposta li ppreżentaw fi proċeduri separati tal-Qorti tal-Maġistrati li fiha kkwotaw silta mir-rapport tal-inkjesta li mhux pubblikata. Dr Delia qal li dan jindika li kellhom ir-rapport, li skont il-Gvern u l-Avukat Ġenerali, qiegħed għand numru ristrett ta’ nies li ma jinkludux lil dawn it-tlett Ministri.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li fis-summit tal-Partit Popolari Ewropew ġew diskussi l-ħames punti li qajjem dwar l-immigrazzjoni fosthom biex minflok il-burden sharing, il-pajjii Ewropej jimplimentaw politika ta’ shared investiment fil-pajjiżi tal-immigranti ħalli ma jkollhomx għalxiex jitilqu minn pajjiżhom.

Dr Delia qal li l-budget li ressaq il-Gvern hu xhieda ta’ gvern bla pjan u temm jgħid li l-ġimgħa d-dieħla fil-Parlament se jispjega l-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista għall-pajjiż ibbażata fuq it-tkabbir ekonomiku serju, u mhux biss biż-żieda tal-popolazzjoni, u bi pjan fit-tul maħsub biex il-ġid li jinħoloq jasal għand kulħadd.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-fondazzjoni għas-servizzi ta’ ħarsien soċjali qed taħdem ma’ 1,300 vittma ta’ vjolenza domestika f’1,324 każ li għandha f’idejha. Il-Ministru għall-familja, drittijiet tat-tfal u solidarjetà soċjali Michael Falzon qal dan fi…

Lokali

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika George Hyzler fl-ewwel rapport annwali tal-Uffiċċju tiegħu qal li sa Dicembru li għadda rċieva 29 ilment. Minnhom, sebgħa ma setgħux jiġu investigati għal diversi raġunijiet, fost…

Mużika

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta ħabbret sensiela ta’ kunċerti bit-tema Flimkien, fi djar u villaġġi għall-anzjani. Il-kunċerti li se jsiru kull nhar ta’ Ġimgħa filgħodu għandhom l-għan li jwasslu messaġġ pożittiv…

Aktar