Lokali
Il-PN iddiżappuntat bid-deċiżjoni tal-KE li tapprova l-power station il-ġdida

Il-Partit Nazzjonalista  wera diżappunt għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li approvat dak li l-oppożizzjoni sejħet Power Station korrotta. Il-partit nazzjonalista qal li deċiżjonijiet bħal dawn jagħtu daqqa ta’ ħarta għall-fiduċja fl-istituzzjonijiet Ewropej għax imorru kontra dak li jistennew in-nies. Qal li l-Unjoni Ewropea flok fehmet x’qed iħoss il-poplu Malti dwar il-korruzzjoni ddeċidiet favur min għandu kumpanija sigrieta fil-Panama.

Il-PN qal li Malta m’għandhiex bżonn power station ġdida għax diġa’ għandha biżżejjed ġenerazzjoni tal-elettriku u qal jista’ jkollha arja aktar nadifa jekk tixtri l-elettriku mill-interconnector. Barraminnhekk qal il-prezz li qed jintrabat bih il-Gvern għal 18-il sena huwa d-doppju tal-prezz li bih qed jinxtara l-elettriku mill-interconnector. Il-PN qal li kien jistenna li l-Kummissjoni Ewropea ma tapprovax dan il-proġett għax qal jista’ jispiċċa jimla l-bwiet ta’ xi wħud bil-commissions.

Fl-aħħar il-PN qal li biex l-Unjoni Ewropea terġa’ tibda tikseb il-fiduċja tal-popli Ewropej, l-ewwel trid tifhem x’qed iħossu n-nies.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia huwa favur investigazzjoni iktar wiesgħa minn awtoritajiet Ewropej bħal Europol, ħalli jekk hemm persuni involuti fid-delitt tagħha ma…

Lokali

Mara ta’ 30 sena miż-Żurrieq mietet wara li ttajret minn karozza fix-xatt tal-Gżira.  L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.30 tal-lejla quddiem id-daħla ta’ Manoel Island.  Hija ttajret minn xufier ta’ 40 sena…

Lokali

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal illi l-konferenza mogħtija mill-Kummissarju tal-Pulizija qajmet aktar dubji u inċertezzi u ma tagħtix serħan il-moħħ li qed isir l-aqwa possibbli biex issir ġustizzja. Dr Delia…

Lokali

Konferenza internazzjonali mifruxa fuq jumejn organizzata mill-Awtorità tat-Turiżmu, qed tħares lejn kif tista’ tintroduċi t-turiżmu reliġjuż lejn Malta. Dan it-tip ta’ turiżmu jkompli jsaħħaħ l-istrateġija tal-awtorità biex it-turiżmu lejn Malta…

Aktar