Politika
Il-PN ifakkar it-33 anniversarju mill-qtil ta’ Raymond Caruana

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, qal li l-każ tal-qtil ta’ Raymond Caruana kien strumentali għall-matura fil-pajjiż. Dr Delia kien qed jitkellem f’attività fil-Gudja li fakkret it-33 anniversarju mill-qtil ta’ Raymond Caruana. Dr Delia qal li dan il-każ serva biex is-soċjetà dak iż-żmien kollettivament qalet le għall-vjolenza politika.

Il-Kap Nazzjonalista qal li b’kuntrarju, il-Gvern preżenti qed jiġġieled ir-rieda tal-poplu bi frame ups u qerq. Dr Delia qal li fi żmien Gvern Nazzjonalista il-liġijiet kienu għal kulħadd u kulħadd kien jiġi investigat. Huwa żied jgħid li l-pajjiż nesa l-qtil ta’ Raymond Caruana u llum qed jgħix f’wieħed mill-agħar perjodi fl-istorja Maltija.

Huwa kompla jgħid li jekk fil-każ ta’ Raymond Caruana kien hemm frame up, fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia kien hemm konfoffa sħiħa biex tinqatel u cover up biex jinħeba d-delitt.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Inqas minn xahar bogħod mill-Karnival, karru satiriku qajjem kontroversja. L-awtoritajiet iridu li l-karristi jbiddluh biex ma jkunx offensiv waqt li l-karristi qed jiddefendu l-idea tal-karru u jgħidu li ma ġietx…

Trasport

Minn nhar is-Sibt it-traġitti bil-passiġġieri bejn Malta u Kemmuna ser jibdew isiru minn Kooperativa Comino Ferries li fiha seba’ operaturi. Il-koperattiva kienet l-uniku operatur li għamel l-offerta wara sejħa pubblika…

Lokali

Persuni b’mard kroniku jew diżabilità qed iħossuhom diskriminati li kumpaniji tal-assikurazzjoni mhux qed iħalluhom jixtru polza ta’ assikurazzjoni fuq ħajjithom li mingħajrha ma jistgħux jieħdu self mill-bank jew possibilment jibdew…

Lokali

Il-missjoni tal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku, bħala organu mwaqqaf mill-Kostituzzjoni, hi li tassigura li l-ingaġġ ta’ ħaddiema maċ-ċivil ikun effiċjenti u bbażat fuq il-mertu. Il-Kummissjoni tieħu ħsieb ukoll il-proċeduri dixxiplinarji fil-konfront tal-ħaddiema…

Aktar