Politika
Il-PN iħabbar responsabbiltajiet ġodda wara reshuffle fil-grupp Parlamentari

Il-Partit Nazzjonalista ħabbar responsabbiltajiet ġodda fi ħdan il-grupp parlamentari wara reshuffle, li għalih saret referenza iktar kmieni llum mill-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia.

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal  li t-tqassim tar-responsabbilitajiet differenti qed iseħħ kemm biex isir l-aħjar użu mit-talenti kollha fi ħdan il-Grupp Parlamentari tal-partit fiċ-ċirkostanza partikolari ta’ bħalissa.

Qal li l-prijoritajiet jinkludu l-emerġenza tal-klima, t-tiġdid tad-dinja tax-xogħol, kif għandna noħolqu opportunitajiet ġodda għall-poplu kollu, u t-tisħiħ tad-demokrazija, fost oħrajn.

Din hija l-lista aġġornata tar-responsabbiltajiet tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista:

Adrian Delia
Kap tal-Partit Nazzjonalista u Kap tal-Oppożizzjoni

David Agius
Viċi Kap ghal-Affarijiet tal-Parlament – Kelliem għall-Familja b’Saħħitha, Solidarjetà Soċjali, Pensjonijiet Adegwati u Sostenibbli u Drittijiet tat-Tfal

Robert Arrigo
Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit – Kelliem għall-Isfidi fit-Turiżmu f’Dinja Ġdida

Robert Cutajar
PN Whip – Kelliem għaż-Żgħażagħ, l-Isport tul Ħajjitna, l-Volontarjat u l-Ġlieda kontra l-Obeżità

Frederick Azzopardi
Deputat Whip

Karol Aquilina
Kelliem għall-Governanza Tajba, Tisħiħ tad-Demokrazija, għaċ-Ċittadinanza u r-Riforma tas-Servizz Pubbliku

Jason Azzopardi
Kelliem għall-Ġustizzja

Ivan Bartolo
Kelliem għall-Akkomodazzjoni Soċjali, il-Glieda kontra l-Faqar ta’ Kull Tip, Solitudni u lEsklużjoni Soċjali

Ivan J Bartolo
Kelliem għall-Soċjetà Diġitali

Toni Bezzina
Kelliem għat-Trasport u Mobiltà, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali

Claudette Buttigieg
Kelliem għall-Ugwaljanza Vera u Sħiħa u Deputat Speaker

Ryan Callus
Kelliem għall-Enerġija u Konservazzjoni u Immaniġġjar tal-Ilma

Therese Comodini Cachia
Kelliem għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti, l-Kultura u l-Midja

Kevin Cutajar
Kelliem għall-Artijiet, il-Kostruzzjoni u Ippjanar Sostenibbli

Mario de Marco
Kelliem għall-Finanzi

Kristy Debono
Kelliem għall-Investiment Ekonomiku u Negozji Żgħar, s-Servizzi Finanzjarji u lAccessibiltà għall-Fondi u Budget Ewropej

Maria Deguara
Kelliem għall-Anzjanità Attiva u Inklussiva u l-Persuni b’Abbiltajiet Differenti

Beppe Fenech Adami
Kelliem għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità

Mario Galea
Kelliem għas-Saħħa Mentali, Ħarsien tal-Persuni b’Mod Sħiħ, Kura fil-Komunità, Dimensja, il-Ġlieda Kontra d-Diabete, u Drittijiet ta l-Annimali

Karl Gouder
Kelliem għat-Tisħiħ tal-Gvern Lokali u l-Komunitajiet

Claudio Grech
Kelliem għall-Ekonomija

Carmelo Mifsud Bonnici
Kelliem għall-Affarijiet Barranin u Ewropej f’Dinja Mingħajr Fruntieri

Clyde Puli
Kelliem għall-Edukazzjoni u t-Tiġdid tad-Dinja tax-Xogħol u d-Djalogu Soċjali Parteċipattiv

Chris Said
Kelliem għal Għawdex u r-Riformi Kostituzzjonali

Hermann Schiavone
Kelliem għall-Industrija tal-Catering u Divertiment, Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika

Stephen Spiteri
Kelliem għas-Saħħa

David Thake
Kelliem għall-Ambjent u l-Emerġenza tal-Klima

Edwin Vassallo
Kelliem għat-Tisħiħ tal-Agrikoltura u s-Sajd, Delizzji, Self Employed u l-Koperattivi

Ara wkoll:

Dalwaqt tibdil fil-portafoll tal-kelliema tal-oppożizzjoni – Dr Delia: “It-tibdil jindika l-prijoritajiet tal-partit”

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Inqas minn ġimgħa mill-budget addizzjonali li l-Gvern ser iressaq nhar it-Tnejn, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ltaqa’ mal-imsieħba soċjali fi ħdan il-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali biex flimkien taw ħarsa lejn…

Lokali

SkolaSajf 2020 se tkun qed tiftaħ il-bibien tagħha fl-1 ta’ Lulju li ġej, jiġifieri kważi ħmistax-il ġurnata iktar kmieni milli tiftaħ is-soltu. Fi stqarrija ntqal li dan hu possibbli wara diversi preparamenti li saru fl-aħħar xhur…

Annimali

Boton qtates ta’ sbatax tħalla abbandunat quddiem bieb ta’ santawarju tal-qtates f’Bormla. Il-Voluntiera tas-santwarju CSAF qalu li jħossuhom irrabjati li mhux biss għax dawn il-frieħ ġew mormija, iżda setgħu tgħaffġu…

Budget

Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna flimkien mal-Ministru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela ltaqgħu mal-imsieħba soċjali bi preparazzjoni għall-budget ta’ rkupru li se jitħabbar nhar it-Tnejn 8…

Aktar