Partit Nazzjonalista
Il-PN iħeġġeġ lill-Gvern biex jirrevedi l-mod kif jixtri l-mediċina, jirreaġixxi l-Ministru għas-Saħħa

Il-kelliem tal-Partit Nazzjonalista għas-Saħħa Dr Stephen Spiteri ħeġġeġ lill-Gvern li jekk hemm bżonn jirrevedi l-mod kif tinxtara l-mediċina li titqassam b’xejn minħabba li pazjenti tfal li jbatu bil-kundizzjoni tal-ADHD qed jingħataw mediċina inferjuri għal dik li kienu jingħataw qabel.

Dr Spiteri qal li l-ġenituri tat-tfal b’din il-kundizzjoni qed jgħidu li raw bidla għall-agħar f’uliedhom bil-mediċina ġenerika li qed jingħataw. Dr Spiteri qal lix-xiri tal-mediċina ma għandux ikun bħal meta jinxtraw affarijiet oħra bl-irħis iżda l-mediċina għandha tkun tal-ogħla kwalità.

Dr Francis Zammit Dimech qal li din mhux l-ewwel darba li ġara każ bħal dan għax anke fil-każ tal-kanċer u tad-diabete qed tinxtara l-irħas mediċina.

Sadanittant, espert kliniku mis-servizz nazzjonali tas-saħħa Ingliż dwar il-mediċina għal ADHD beda jiltaqa’ mal-pazjenti li qed jingħataw din il-medicina. Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li dan l-espert tqabbad biex jinvestiga l-ilmenti tal-ġenituri tat-tfal bl-ADHD u wara li jeżamina l-pazjent ser jitkellem mal-konsulenti mediċi lokali. Dr Fearne qal li wara l-Ministeru ser jimxi fuq il-pariri li jingħata dwar din il-mediċina.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Tfaqqa kontroversja taħraq dwar il-kwadri fil-Knisja ta’ Ħal Kirkop. Dan wara li fil-festa ta’ San Ġużepp, ix-xahar li għadda l-Kappillan ħabbar li l-Kurja approvat li l-pittura tal-Madonna tad-Duluri li hemm…

Sport

Minn footballer professjonali għal DJ idur mad-dinja b’tours relatati mal-mużika. Dan mhu ħadd ħlief l-ex plejer internazzjonali Taljan, l-attakkant Christian Vieri. Huwa kien Malta għal ftit ħin fejn kien fost…

Kurżitajiet

F’Hollywood tħabbret il-mewt tal-attur u producer Peter Fonda fl-età ta’ 79 sena. Huwa miet wara battalja mal-kanċer. Fonda jibqa’ l-iktar magħruf għall-film li ħadem fih, kiteb u produċa fl-1969 –…

Edukazzjoni

L-Istitut għall-Istudji Turistiċi qal li wara kampanija li nieda żdied sew l-interess għal korsijiet full-time li joffri. L-ITS qal li kellu żieda ta’ iktar minn 50% fl-applikazzjonijiet meta mqabbel mas-sena…

Aktar