Politika
Il-PN irid jimplimenta proposti għall-ġid tal-pajjiż

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, Robert Arrigo, qal li l-kandidati tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjonijiet Ewropej huma ffukati biex iġibu l-ġid ta’ Malta u Għawdex, u sostna li se jaħdmu biex jimplimentaw proposti għall-ġid tal-pajjiż.

Il-kandidata Roselyn Borg Knight qalet li l-Partit Nazzjonalista ser jinsisti fuq xogħol ta’ kwalità u kundizzjonijiet tajbin għall-ħaddiema. Dwar l-armonizzazzjoni tat-taxxa, Dr Borg Knight qalet li propju għax irid jipproteġi l-impjiegi, il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jirsisti li din għandha tibqa’ deċiżjoni tal-pajjiż.

Il-kandidat Peter Agius qal li l-Partit Nazzjonalista jenfasizza li l-Unjoni Ewropea għandha tkun bħal libsa li tiġina tajjeb, mhux issikkata jew laxka żżejjed. Qal li l-valur tal-familja u tal-ħajja huma importanti għall-Partit Nazzjonalista. Dr Agius qal li din l-elezzjoni għandha sservi biex jitwessgħu l-opportunitajiet tat-tfal u biex bil-kandidati Nazzjonalisti, jinkisbu riżultati għall-familji kollha.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ħabta bejn quad bike u vettura fit-Telgħa t’Alla u Ommu waslet biex tingħalaq it-triq li tagħti għal Buġibba. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.15am. Il-kundizzjoni u l-identità tan-nies involuti għadha mhix magħrufa.

Lokali

Hekk kif il-Prim Ministru Joseph Muscat, f’kumment telefoniku waqt xandira diretta fuq TVM, qal li skont ċifri proviżjonali, id-distakk huwa ta’ 17%, li jammonta għal differenza ta’ madwar 45,000 vot…

Elezzjoni

F’kumment telefoniku waqt xandira diretta fuq TVM, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li r-riżultat proviżorju tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew jirrifletti l-ikbar distakk politiku fl-istorja tal-pajjiż. Qal li skont figuri proviżjonali, id-distakk…

Lokali

L-ewwel indikazzjonijiet qed juru li hemm distakk ta’ madwar 45,000 bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista, bil-Partit Laburista li jinsab minn fuq. Iktar kmieni kien irrappurtat li d-distakk huwa ta’…

Aktar