Lokali
Il-PN isejjaħ għar-riżenja tal-membri tal-bord li rrikużaw ruħhom mill-vot

Il-Partit Nazzjonalista kkundanna l-imġiba ta’ ħames membri tal-bord li ddikjaraw li kienu se jirrikużaw ruħhom mis-smiegħ tal-każ ftit tal-ħin biss qabel il-vot finali.

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li għalkemm hu favur li min ikollu kunflitt ta’ interess jiddikjarah, hu kundannabbli kif dawk li ddikjaraw dan ħallewh għall-aħħar ħinijiet qabel bdiet il-laqgħa. Żied jgħid li ma jistax ikun li fil-mument tal-prova meta l-pajjiż ikollu bżonn dawn jabdikaw mir-responsabilitajiet tagħhom.

Il-Partit Nazzjonalista sejjaħ għar-riżenja ta’ dawk li rrikużaw ruħhom minn dan il-vot.