Politika
Il-PN iwiegħed tassazzjoni aktar ġusta man-negozji ż-żgħar

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech wiegħed sistema ta’ taxxa aktar ġusta man-negozji ż-żgħar jekk ikun fil-gvern.

F’intervista fuq NET TV huwa qal li 150 persuna qed jiehdu sehem b’diskussjonijiet fil-‘clusters’ taħt it-tmexxija tad-deputat Nazzjonalista Claudio Grech biex mill-proposti preżentati toħroġ il-politika tal-partit għall-elezzjoni ġenerali li jmiss.

F’intervista fuq NET TV, Dr Grech qal li jekk il-poplu jagħtih il-fiduċja dawn il-proposti jkun implimentati u semma l-mudell ta’ tassazzjoni modern li jwarrab l-iżvantagg li jsofru n-negozji Maltin b’differenza għal investituri barranin li jigu f’Malta.

Dr Grech wieghed kontabilità sħiħa jekk il-Partit Nazzjonalista jingħata l-fiduċja għax kull politiku għandu jkun responsabbli ta’ għemilu.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem dwar il-pjan ta’ rkupru wara l-Covid fejn qal li l-PN qatt ma kien ikkonsultat mill-Gvern minkejja li għandu pjan lest.