Lokali
Il-PN jgħid li bit-traħħis fil-kontijiet tad-dawl se jara li ssir ġustizzja ma’ kulħadd

Il-Partit Nazzjonalista qal li bil-proposti dwar ir-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma jrid jara li ssir ġustizzja man-negozji ż-żgħar mingħajr ma jitgħabbew in-negozji l-kbar b’piżijiet ġodda.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, l-viċi kap tal-partit nazzjonalista David Aguis qal li l-Gvern mhux jammetti li n-nies qegħdin jinsterqu anke jekk għaddew ġimgħatejn mindu l-Partit Nazzjonalista ħabbar li se jirranġa l-mekkaniżmu tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Il-kelliem Nazzjonalista dwar l-Enerġija Ryan Callus qal li meta mqabbel ma’ pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea, Malta għandha l-ħames l-ogħla rata ta’ kontjiet kummerċjali u meta ma tinkludix it-taxxa pajjiżna jikklassifika bħala t-tieni l-għola fl-Ewropa.

Il-kandidat Rebekah Cilia qalet li Partit Nazzjonalista fil-Gvern qed iwiegħed li jkollu l-irħas sors ta’ enerġija u jara li l-pajjiż ikollu sorsi ta’ enerġija nadifa li jħarsu l-ġenerazzjonijiet futuri.