Politika
Il-PN jgħid li għandu l-kredibilità biex jagħti soluzzjonijiet għall-immigrazzjoni

Il-Partit Nazzjonalista, permezz tal-Kelliem għall-Affarijiet Barranin Carm Mifsud Bonnici u l-kandidati għall-Parlament Ewropew Roberta Metsola u Frank Psaila, qal li l-Partit għandu l-kredibilità biex joffri s-soluzzjonijiet għall-problema tal-immigrazzjoni.

Dr Mifsud Bonnici qal li l-Partit Nazzjonalista jemmen li għandha tingħata protezzjoni umanitarja lil min vera għandu bżonnha filwaqt li l-pajjiż ikun aħrax mat-traffikanti tal-bnedmin.

Dr Metsola qalet li l-liġi li fasslet fil-Parlament Ewropew dwar il-ħarsien tal-fruntieri se tgħin biex ikun hawn aktar sigurtà u kontrolli aħjar ta’ min jidħol fl-Unjoni Ewropea. Spjegat li permezz ta’ din il-liġi, se tissaħħaħ is-sistema tar-ritorn tal-immigranti.

Dr Psaila kkritika n-nuqqas ta’ pjan fit-tul tal-Gvern dwar il-ħaddiema barranin u qal li l-pjan li kellu l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern ħalla frott fosthom għax ġab lejn Malta ħaddiema barranin li ddeskriva ta’ valur miżjud għax investew fl-oqsma tal-gaming u s-servizzi finanzjarji u ħolqu impjiegi għall-ħaddiema Maltin.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Jidher li l-partiti għamlu ħidma akbar biex jiġu eletti aktar nisa eliġibbli għall-kandidatura anke fost il-partiti ż-żgħar fuq livell Ewropew. Il-Professur Carmen Sammut qalet li fuq livell Ewropew, il-“family friendly…

Politika

Il-Membru Parlamentari għall-Partit Laburista Alex Muscat qal li r-riżultat ta’ din l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew huwa l-ewwel ġudizzju tal-poplu wara l-każ Egrant. Dan Alex Muscat qalu waqt il-programm Insights immexxi mill-ġurnalista…

Politika

F’kollegament dirett ma’ TVM, fuq il-programm Insights immexxi mill-ġurnalista Norma Saliba, l-uffiċjal tal-Partit Laburista Louis Gatt, qal li ħarġu xi riżultati proviżorji mill-ewwel għadd tal-voti. Dr Miriam Dalli għall-Partit Laburista…

Aktar