COVID-19
Il-PN jgħid li huwa inaċċettabbli li frontliners Għawdxin irċevew avviż biex imorru Malta jieħdu l-vaċċin

Il-Partit Nazzjonalista qal li huwa inaċċettabbli li għalliema, LSE’s, pulizija, suldati u diversi frontliners oħrajn Għawdxin irċevew avviż biex imorru Malta jieħdu l-vaċċin.

Fi stqarrija, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għal Għawdex Chris Said appella biex dawk li diġà għandhom l-avviż jingħataw appuntament f’Għawdex.

Dr Said qal ukoll li għandhom jiżdiedu l-postijiet fejn tingħata t-tilqima f’Għawdex biex jiżdied ir-ritmu li bih qed jingħata l-vaċċin fil-gżira Għawdxija.