Partit Nazzjonalista
Il-PN jgħid li jaqbel li ġew sospiżi l-permessi ta’ twaqqigħ u skavar

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija wera qbil mad-deċiżjoni li l-permessi ta’ demolizzjoni u skavar ġew sospiżi b’mod temporanju sakemm jidħlu fis-seħħ regolamenti u proċeduri ġodda li b’mod serju, ikkordinat u ħolistiku jirregolaw din l-industrija.

Il-Partit Nazzjonalista żied jgħid li l-Gvern irid jerfa’ r-responsabbiltà tiegħu u jara li barra li jkun hemm taħriġ kontinwu adegwat lil kull min hu involut f’dan is-settur, isir liċenzjar u ċertifikazzjoni tal-persuni li jipprovdu servizzi fl-industrija tal-bini u jżid l-infurzar.

Qal li l-Oppożizzjoni lesta taħdem mal-Gvern sabiex flimkien mal-istakeholders involuti isir qafas li jirregolaw l-industrija tal-kostruzzjoni u biex l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni titwaqqaf u tibda tiffunzjona b’mod tajjeb.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Instab mejjet r-raġel Daniż li kien irrappurtat nieqes nhar il-5 ta’ Ġunju li għadda. TVM huwa infurmat li Allan Hartmann-Jensen ta’ 53 sena instab mejjet dalgħodu fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni…

Unjoni Ewropea

Kellu jkun summit li jiddetermina l-ġejjieni immedjat tal-Unjoni Ewropea… għaliex kellu jiddiskuti mhux biss aġenda strateġika b’numru ta’ prioritajiet, iżda possibilment kellu jwitti t-triq għal qbil dwar in-nomini ta’ dawk…

Kronaka

4 persuni ddaħħlu l-isptar għal kura wara inċident tat-traffiku li seħħ ftit wara t-8p.m. TVM huwa infurmat li l-ħabta ‘head-on’ seħħet fi Triq id-Daħla ta’ San Tumas, fl-akwati ta’ Wied…

Unjoni Ewropea

Laqgħa Għolja li qed tiltaqa’ bħalissa fi Brussell tista’ tiddetermina l-ħames snin li ġejjin tal-Unjoni Ewropea. Bil-mexxejja Ewropej, fosthom il-Prim Ministru Joseph Muscat, qed jiddiskutu mhux biss il-prioritajiet li fuqhom…

Aktar