Kronaka
Il-PN jgħid li jinsab diżgustat li l-Prim Ministru għadu ma keċċiex lil Joseph Muscat u Konrad Mizzi

Il-Partit Nazzjonalista permezz tal-viċi kap David Agius qal li jinsab diżgustat u xxokajt li l-Prim Ministru għadu ma keċċiex lil Joseph Muscat u Konrad Mizzi.

Qal li dan huwa mument tal-prova u bħala oppożizzjoni qed jistennew lil Prim Ministru jidistakka ruħu mil-każijiet tal-windfarm tal-Montenegro li sewa miljuni lill-enemalta.

Il-kelliem għall-Finanzi Mario De Marco faħħar lil midja li żvelat kuntratti li sejjaħ korrotti waqt li kritika l-istituzzjonijiet li qal naqsu milli jissalvagwardjaw il-fondi tal-istat/ Qal li l-Ministeru tal-Finanzi għandu d-dmir li jassigura li l-fondi tal-poplu jintużaw għall-benefiċju tal-poplu kollu.

Il-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Enerġija Ryan Callus qal li dan huwa settur marid u li ħadd ma jemmen lil Joseph Muscat li qal li ma kien jaf b’xejn.

Aħbarijiet Oħra
Sport

Ħames għaqdiet sportivi Għawdxin ibbenefikaw mis-somma ta’ €20,750 mill-isports scheme biex iwettqu l-proġetti tagħhom din is-sena. L-għaqdiet li bbenfikaw huma: Għajnsielem Redcoats, li ngħataw is-somma ta’ €5,000 bit-titlu tal-proġett ‘Sizzling…

Lokali

L-Aġenzija Identity Malta dalwaqt se tibda toħroġ karta tal-identità ġdida li se jkollha karatteristiċi ġodda ta’ sigurtà li jħarsu l-identità tal-persuni. Il-karatteristiċi l-ġodda jagħmluha diffiċli li d-dokument jiġi mbagħbas jew…

Infrastruttura

Minn din il-ġimgħa l-ġenituri ta’ tfal bl-awtiżmu jistgħu jieħdu lil uliedhom jilagħbu fil-grawnd tal-binja ‘The Meeting Place’ fil-Marsa. Iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold, Michelle Muscat, qalet li t-tfal bl-awtiżmu se jkollhom post…

Aktar