Politika
Il-PN jgħid li Keith Schembri għandu jiġi investigat wara ritratti ppubblikati fil-midja

Il-Partit Nazzjonalista qal li Keith Schembri għandu jiġi investigat minnufih, waqt li rreferiet għal dak li kien ippubblikat illum u ritratti ppubblikati fl-aħħar jiem.

Illum ġurnal lokali ppubblika ittra miktuba bl-idejn, allegatament minn Melvin Theuma; is-suspettat intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, u li ntqal li nstabet fir-residenza ta’ Yorgen Fenech.

Il-Partit Nazzjonalista qal li dawn juru l-qrubija li hemm bejn Theuma u l-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri. Żied li l-pożizzjoni ta’ Joseph Muscat mhix tenibbli aktar.

Ara wkoll:

Ittra ta’ Melvin Theuma timplika lil Schembri u Fenech fil-qtil ta’ Caruana Galizia

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li hu għadu l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista. “Kien hemm aħbarijiet fuq il-midja li diġà Kap tal-Oppożizzjoni ġdid u ssemmiet l-Onorevoli Therese…

Politika

Fl-aħħar sigħat il-President ta’ Malta George Vella ltaqa’ ma’ diversi deputati tal-Partit Nazzjonalista fil-Palazz ta’ Sant’ Anton. Fost id-deputati li diġà kellhom laqgħa mal-President Vella kien hemm Beppe Fenech Adami,…

Politika

Il-vot ta’ sfiduċja f’Adrian Delia mid-deputati Nazzjonalisti ħoloq xenarji ġodda b’opinjonisti jgħidu li din is-sitwazzjoni kompletament ġdida fl-istorja politika ta’ Malta. Fil-programm Ras imb’ Ras fuq TVM, l-opinjonist Dr Mario…

Aktar