Partit Nazzjonalista
Il-PN jgħid li l-familji qed jinsterqu fil-kontijiet tad-dawl, il-Gvern jirreaġixxi

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, David Agius, qal li l-familji għadhom qed jinsterqu fil-kontijiet tad-dawl minħabba li qed jirċievu kontijiet għoljin u iktar spissi. Il-Viċi Kap Nazzjonalista qal li fl-aħħar ġranet żdiedu n-nies li marru d-Dar Ċentrali bil-kontijiet tad-dawl u l-ilma għoljin ħafna. Qal li persuna minnhom kellha kont ta’ €15,000. Qal li Gvern Nazzjonalista se jagħti lura l-flus misruqa minn dan il-Gvern mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Is-sur Agius qal li l-Gvern ħeba mill-Oppożizzjoni l-pjan nazzjonali għall-enerġija u l-klima għall-2030. Qal li f’dan ir-rapport, jingħad li fil-leġiżlatura li jmiss se jkollu jgħolli l-kontijiet tad-dawl u l-ilma minħabba li fl-2022 jiskadi l-ftehim preżenti tal-hedging fuq il-gass.

Il-kandidat Nazzjonalista għall-elezzjonijiet Ewropej, Michael Briguglio, qal li fil-ġimgħat li ġejjin il-Partit Nazzjonalista se jippreżenta proposti dwar l-ambjent, fosthom dwar it-tniġġis tal-ħoss u tad-dawl.

U f’reazzjoni, il-Partit Laburista qal fi stqarrija li l-politika tal-gvern fuq l-enerġija hija favur stabbiltà li żżomm il-prezzijiet baxxi u tati serħan il-moħħ lill-familji.

Il-Gvern min-naħa tiegħu qal li l-kontijiet tad-dawl għadhom qed jinħadmu bis-sistema li bdiet tintuża fl-2010. Żied jgħid li r-regolatur tal-enerġija kkonferma li l-kontijiet qed jinħargu skont il-liġijiet ta’ Malta u tal-Unjoni Ewropea.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Shamison Stafrace minn Bormla tressaq il-Qorti akkużat b’hold up f’ħanut f’Raħal Ġdid fis-16 ta’ April li għadda. Il-Pulizija xlietu b’serq aggravat, li żamm persuna kontra l-volontà tagħha u li fera…

Mużika

Jumejn konsekuttivi ta’ kunċerti b’xejn fuq il-Fosos tal-Floriana b’inizjattiva tal-Awtorità tat-Turiżmu: għada mill-kantant tal-band Ingliża Oasis, Liam Gallagher, . . . u llejla mill-BBC Concert Orchestra b’kunċert ta’ mużika klassika…

Immigrazzjoni

Il-Partit Nazzjonalista qal fi stqarrija li l-Gvern qed ikompli juri li m’għandux pjan bil-politika tiegħu ta’ immigrazzjoni qawwija. Qal li sejbiet bħal ta’ dalgħodu fil-Marsa huma prova ta’ immigranti li…

Infrastruttura

Il-Kamra tar-Rappreżentanti approvata riżoluzzjoni biex jinbidlu kundizzjonijiet f’kuntratti li kienu saru bejn il-Gvern u l-kumpanija Fortel – sid tal-lukanda Fortina fis-snin disgħin u fis-sena 2000. Ir-riżoluzzjoni kienet approvata wara li…

Aktar