Politika
Il-PN jgħid li l-Gvern li ma jridx jisma’ mill-għaqdiet fuq il-liġi tal-ugwaljanza

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-gvern ma jridx jisma’ dak li qed jgħidulu persuni u għaqdiet li ltaqa’ magħhom dwar il-liġi tal-ugwaljanza.

Fi stqarrija ffirmata mid-deputati Claudette Buttigieg, Karl Gouder u Edwin Vassallo ntqal li prova ta’ dan hu l-fatt li sal-lum il-gvern ma ċċirkulax l-aħħar emendi għall-istess abbozz b’detriment għad-djalogu vera, li ma jistax iħalli frott mixtieq biex ikun hemm liġi b’saħħitha u ġusta.

Qalu li l-Partit Nazzjonalista hu impenjat li f’Malta ssaltan l-ugwaljanza vera għal kulħadd u bħala oppożizzjoni kompliet bil-konsultazzjoni biex tifhem verament kif liġi bħal din tista’ taffettwa lil kull membru tas-soċjetà.

Aħbarijiet Oħra

Il-Partit Laburista qal li r-rapport ta’ diliġenza dwar Adrian Delia u Bernard Grech juri li ż-żewġ kandidati għall-elezzjoni mhumiex idonji għall-kariga ta’ Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista. F’konferenza tal-aħbarijiet, il-President…

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, qal li fil-Budget tas-sena d-dieħla il-Gvern ser ikompli jgħin lill-familji, pensjonanti u negozji minkejja li jinsab f’morsa finanzjarja kawża tal-pandemija. Fost il-miżuri li ser ikunu parti…

Wara li s-sena l-oħra, Duncan Laurence rebaħ il-Eurovision l-Olanda kienet ħerqana sabiex tospita u torganizza l-Eurovision 2020. Madankollu, minħabba l-COVID-19 il-pjanijiet ma marrux kif wieħed xtaq u stenna. Il-pandemija waslet…

Il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ mal-plejer Maltija ta’ US Sassuolo, Haley Bugeja, fil-Berġa ta’ Kastilja. Il-Prim Ministru tenna li Bugeja qed tagħmel mhux biss isem għaliha, iżda anke isem għal…

Aktar