Politika
Il-PN jgħid li l-Gvern se jagħti lill-Għawdxin vapur skadut

Il-kelliem għal Għawdex tal-Partit Nazzjonalista, Chris Said, qal li wara li ħela sitt snin, il-Gvern se jagħti lill-Għawdxin vapur skadut li m’għadux jintuża. Dr Said qal li l-vapur għandu problemi ta’ aċċessibbiltà u mhux se joffri impjiegi ġodda lill-Għawdxin. Żied li dan l-aġir juri li l-Gvern jistma lil Għawdxin bħala ċittadini tat-tieni klassi. Dr Said irrimarka li s-siti internazzjonali jgħidu li dan il-vapur għandu 32 sena.

Dr Said qal li l-Gvern m’għamel xejn biex isaħħaħ il-konnettività bejn il-gżejjer, inkluż is-servizz tal-fast ferry, li qal it-tender dwaru ġie sospiż minħabba dak li Dr Said sejjaħ taħwid. Dr Said spjega li dan in-nuqqas ta’ investiment fil-konnettività qed iwassal biex tikber l-insularità doppja ta’ Għawdex.

Il-kandidat għall-Parlament Ewropew, Michael Briguglio, qal li l-Partit Nazzjonalista investa fi tliet vapuri għall-Gozo Channel, li qal għandhom il-faċilitajiet kollha meħtieġa. Dr Briguglio qal li l-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista ħalliet il-frott, għax minkejja li għaddew 20 sena minn fuqhom, il-vapuri għadhom qed jagħtu servizz.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Restawr estensiv fil-Berġa ta’ Aragona kixef forn uniku u fdalijiet storiċi oħra ta’ żmien il-Kavallieri. Hu maħsub li ladarba jitlestew ix-xogħlijiet ta’ restawr f’din il-berġa, dan il-wirt storiku jibqa’ mikxuf…

Kronaka

Fi stqarrija uffiċjali, il-Gvern qal li ħatar inkjesta pubblika indipendenti dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħatar lill-Imħallef Emeritu Michael Mallia, biex jippresedi Kummissjoni ta’ Inkjesta…

Ambjent

Mijiet ta’ eluf ta’ dimostranti, ħafna minnhom żgħażagħ inġabru u qed ikomplu jinġabru fi bliet madwar id-dinja fi protesta biex isejħu għal azzjoni immedjata favur il-klima dinjija. F’Malta wkoll, attivitsti…

Droga

Sejba ta’ madwar seba’ kilos ħaxixa tal-Kannabis flimkien ma’ ammont ta’ trab abjad suspettat droga kokajina lesta biex tiġi traffikata saret bis-saħħa tal-Iskwadra ta’ kontra d-Droga u membri tal-RIU. Parti…

Aktar