Politika
Il-PN jgħid li l-ħatra ta’ Kap Eżekuttiv ġdid fl-Enemalta hi parti minn logħba ta’ musical chairs

Il-Partit Nazzjonalista sejjaħ il-ħatra ta’ Jonathan Cardona bħala Kap Eżekuttiv tal-Enemalta bħala parti minn logħba ta’ musical chairs maħsuba biex tevita li tinġarr responsabbilità għad-deċiżjonijiet ħżiena li ttieħdu mill-politiċi tal-Partit Laburista.

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista allega li l-ħatra se sservi biss biex il-Gvern u l-Partit Laburista jippruvaw ikomplu jgħattu l-iskandli u l-abbużi kollha li l-Partit Nazzjonalista qal li seħħew fl-aħħar 8 snin.

Il-Partit Nazzjonalista argumenta wkoll li din il-ħatra turi li l-Gvern ma jemminx fil-meritokrazija għax qal li s-Sur Cardona m’għandu l-ebda esperjenza fis-settur tal-enerġija.