Lokali
Il-PN jgħid li l-Ispeaker irrifjuta li jlaqqa’ l-Parlament dwar Zammit Lewis

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti rrifjuta t-talba tal-Oppożizzjoni biex il-Parlament jiltaqa’ b’urġenza ħalli jiddiskuti l-każ tal-Ministru Edward Zammit Lewis.

Il-Partit Nazzjonalista qal li dan l-iżvilupp seħħ wara li l-Gvern ma qabilx mat-talba tal-Oppożizzjoni.

Il-Partit Nazzjonalista argumenta li b’dan l-aġir, il-Prim Ministru Robert Abela falla fl-ewwel test tal-governanza wara l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.