Lokali
Il-PN jgħid li l-Kummissarju għandu jaġixxi

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Kummissarju tal-Pulizija għandu jaġixxi u jressaq il-qorti lil dawk kollha involuti f’dak li sejjaħ bħala skandlu u s-serq ta’ miljun fil-proġett tal-Electrogas.

Fi stqarrija, il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami għamel referenza għax-xhieda li ta dalgħodu Matthew Caruana Galizia u qal li l-Kummissarju għandu f’idejh fatti li jikkonfermaw

li Daphne Caruana Galizia nqatlet għax kienet taf wisq fuq is-serq u l-korruzzjoni tal-klikka madwar Joseph Muscat.

Qal li l-Oppożizzjoni issa stenniet biżżejjed u jekk il-Kummissarju ma jaġixxix, ikun qed jikkundanna lilu nnifsu bħala kummissarju ta’ qablu li qal li ħares u pproteġa l-interessi tal-ftit fuq l-interessi tal-ġustizzja u s-sewwa.