Politika
Il-PN jgħid li l-miri tal-immaniġjar tal-iskart ma ntlaħqux

Il-kelliema tal-Oppożizzjoni għall-Ambjent u l-Gvern Lokali, Robert Cutajar u Karl Gouder rispettivament, qalu li l-miri tal-immaniġġjar tal-iskart ma ntlaħqux mill-Wasteserv, minkejja li l Maltin u l-Għawdxin jisseparaw l-iskart.

F’konferenza tal-aħbarjiet quddiem id-daħla tal-Magħtab, il-kelliema sostnew li meta l-iskart jasal fil-mizbla ftit li xejn qed jiġi sseparat. Qalu li jekk il-ġbir tal-iskart mhux se jibqa’ f’idejn il-Kunsilli Lokali mhux se tiġi indirizzata l-problema.

Intant, fi żjara li għamel fil-kumpless tal-Ecohive, il-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia ħabbar li l-Wasteserv se tingaġġa iktar spetturi sabiex jaraw li l-iskart li jidħol fil-faċilitajiet tagħha jintrema kif suppost.

Spjega kif dawn l-ispetturi se jirrappurtaw kull ksur tar-regoli l-ġodda tas-sit li se jidħlu fis-seħħ mil-lum, bil-għan li tiżdied is-sigurtà tal-ħaddiema u jonqos ir-riskju tal-inċidenti.

Ara wkoll:

Il-ħruq tal-impjant kien l-ikbar daqqa ta’ ħarta għar-riċiklaġġ – Wasteserv