COVID-19
Il-PN jgħid li lest jaħdem mal-Gvern biex titrażżan il-COVID

Il-Partit Nazzjonalista qal li lest jaħdem mal-Gvern biex is-sitwazzjoni tal-COVID titrażżan u l-virus ma jkomplix jinfirex b’din ir-rata.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet quddiem l-Isptar Mater Dei, il-kelliem għas-Saħħa Stephen Spiteri qal li waqt li l-Gvern għadu qed jinsisti li ma jiddikjarax emerġenza tas-saħħa, jeħtieġ li s-sitwazzjoni tittieħed azzjoni bis-serjetà biex fost l-oħrajn l-anzjani u l-persuni vulnerabbli jkunu mħarsa.

Il-Kelliem għall-Edukazzjoni, Clyde Puli qal li fl-edukazzjoni hemm taħwid kbir u l-Gvern mhux lest għall-agħar xenarju f’każ li l-virus ikompli jinfirex.