Politika
Il-PN jgħid li Malta tirriskja tkun f’lista sewda jekk ma tindirizzax nuqqasijiet imsemmija mill-Moneyval

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li jekk sa Settembru li ġej il-Gvern mhux se jindirizza n-nuqqasijiet li ssemmew fir-rapport tal-MONEYVAL, Malta qed tirriskja li titqiegħed fuq lista sewda.

F’konferenza tal-aħbarijiet, Dr Delia qal li dan ikun ċertifikat li Malta mhix post sigur għall-investiment, f’mument fejn l-esperti kollha qed jgħidu li l-ekonomija se tieħu daqqa sa 6%.

Dr Delia qal li l-Oppożizzjoni hi lesta li tgħin u staqsa fejn waslet Malta biex isewwi l-ħsara li saret. Il-Kap Nazzjonalista qal li ma jistax ikun li jibqgħu ma jittiħdux passi kontra nies bħal Karl Cini u nsista għal spjegazzjoni kif l-eks Ministru Konrad Mizzi qiegħed barra minn Malta meta għadu membru parlamentari. Qal li l-Prim Ministru jrid jispjega kif l-istess nies tan-Nexia BT, li qal kienu involuti f’kuntratti tal-Electorgas u tal-Vitals, issa ngħatatilhom liċenzja dwar bdil ta’ cryptocurrencies.

Il-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Finanzi, Mario de Marco qal li l-kriżi fis-settur finanzjarju mhijiex ikawżata mill-pandemija imma min-nuqqas ta’ impenn tal-Gvern. Appella lill-Gvern biex fost oħrajn isaħħaħ r-riżorsi u tingħata awtonomija lir-regolaturi, biex jitfassal pjan ta’ azzjoni b’viżjoni għall-futur tas-settur finanzjarju.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Wasal qrib tmiemu proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ tmien toroq fiż-żona tad-DIB fil-Mosta. Il-Ministru Ian Borg qal li Infrastuttura Malta li wettqet il-proġett, issa se tibda x-xogħol fuq ħdax -il…

Lokali

Il-Gvern alloka iktar minn €17-il miljun biex jassisti 44 NGO u għaqdiet volontarji. Dan intqal mill-Ministru għall-Familja Michael Falzon waqt li ġedded il-ftehim soċjali mal-Fondazzjoni Dar San Ġużepp li tieħu…

Kronaka

Raġel ġie arrestat b’rabta ma’ allegat traffikar u abbuż tad-droga f’residenza, f’Birkirkara. Dan wara investigazzjoni oħra mmexxija mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra Drogi flimkien mas-sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit (RIU) marru fil-post…

Solidarjetà

Il-Prim Ministru Robert Abela, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne kif ukoll is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci ma kellhomx biżżejjed kliem ta’ tifħir għall-voluntiera li offrew 10,000 siegħa…

Aktar