Politika
Il-PN jgħid li mhux aċċettabbli li ntagħżel sit b’mod arbitrarju u laxk għax diġa’ jintrema’ skart fih

Delegazzjoni mill-Partit Nazzjonalista żaret l-impjant tal-Wasteserv fil-Magħtab.

Stqarrija tal-Partit Nazzjonalista kkwotat lill-kelliem għall-ambjent David Thake jgħid li hu inaċċettabbli li s-sit għall-bini tal-impjant għall-immaniġġjar tal-iskart ntagħżel b’mod arbitrarju u laxk għax fi kliem l-esperti li tqabbdu, diġa’ jintrema’ skart fil-Magħtab.

Is-Sur Thake qal li dan mhux proċess trasparenti u ġust u l-Partit Nazzjonalista mhux se japprovah.

F’laqgħa mal-Ministru Aaron Farrugia u t-tmexxija tal-Wasteserv, l-Oppożizzjoni spjegat il-pożizzjoni tagħha dwar il-proġetti mħabbra mill-Wasteserv. Is-Sur Thake qal li l-bdiewa tal-Magħtab għandhom raġun jinsistu li l-Gvern juża siti alternattivi.

Qal li filwaqt li l-Oppożizzjoni tappoġġja kull impenn biex f’Malta nnaqqsu, nerġgħu nużaw u nirriċikklaw l-iskart, qed tinsisti li t-tkabbir tal-kumpless fil-Magħtab isir skont Valutazzjoni Strateġika Ambjentali u Stima tal-Impatt Ambjentali li huma obbligatorji skont il-liġi.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Malti li jgħix l-Istati Uniti fl-aħħar sigħat esperjenza mill-qrib il-vjolenza u l-protesti li qed isiru f’diversi ibliet Amerikani wara l-qtil tal-Afro Amerikan George Floyd. Joseph Vassallo li ilu jgħix f’Santa…

COVID-19

Konsulent ewlieni tal-ġenetika jemmen li fi żmien ġimagħtejn oħra l-coronavirus jekk nibqgħu attenti jaf jisparixxi minn Malta. Il-Professur Christian Scerri qal li issa li se jitneħħew aktar miżuri restrittivi, importanti…

Pulizija

Iż-żgħażagħ Andre’ Mifsud u Kelsey Bugeja huma fost is-sitta u erbgħin rekluta li bdew taħriġ intensiv fl-akkademja tal-forzi dixxiplinati biex iservu bħala kuntistabbli. Oħrajn se jingħataw iċ-ċans japplikaw f’sejħa li…

COVID-19

Lura għan-normalità, iżda fadal xi ftit miżuri li se jibqgħu fis-seħħ fosthom il-limitazzjonijiet fl-operat tad-diskoteki li huma l-kalamita speċjalment għal ġenerazzjoni żagħżugħa. Organizzaturi ta’ festini mfittxija minn eluf f’Malta qalu…

Aktar