Politika
Il-PN jgħid li s-sajjieda Għawdxin għadhom jistennew lill-Gvern jiddeċiedi dwar il-pontoons il-ġodda fl-Imġarr

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Agrikoltura, is-Sajd u n-Negozji ż-Żgħar Edwin Vassallo qal li s-sajjieda Għawdxin għadhom jistennew lill-Gvern jieħu deċiżjoni dwar kif, fejn u meta se jkun jista’ jsir l-irbit mal-pontoons il-ġodda fil-Port tal-Imġarr Għawdex.

Qal li l-biża’ tal-istess sajjieda dwar id-dewmien li qed jieħu l-Gvern biex jiddeċiedi biex jgħid lis-sajjieda fejn se jkunu jistgħu jorbtu d-dgħajjes tagħhom mal-pontoons li ilhom lesti minn Awwissu li għadda, hi għaliex jekk ikun il-maltemp il-ħsara fuq id-dgħajjes tista’ tkun kbira.