Politika
Il-PN jiċħad li għandu €34 miljun dejn

Il-Partit Nazzjonalista ċaħad dak li ġie rrapportat fil-ġurnal Malta Today dwar il-qagħda finanzjarja tiegħu.

Fi stqarrija, il-Partit ċaħad li għandu dejn li jlaħħaq l-€34 miljun. Dalgħodu l-Malta Today irrapportat li dejn ta’ madwar €34 miljun akkumula minn żmien it-tmexxija ta’ Lawrence Gonzi.

Il-Partit spjega li d-dejn li għandu  jammonta għal miljuni imma huwa ħafna inqas mill-figura msemmija. Qal ukoll li d-dejn li akkumula mal-medda ta’ snin beda jonqos sena wara oħra.

Sostna li llum m’għandux problemi finanzjarji biex ikompli jilħaq l-obbligazzjonijiet tiegħu.

Tkellem ukoll dwar l-iskema ċedoli u assigura lin-nies li sellfu l-flus li m’hemmx problemi lanqas biex il-Partit jilħaq l-obbligazzjonijiet tiegħu.

Dwar li l-Media.Link għamlet telf ta’ €2 miljuni fl-2019, il-Partit qal li dan mhux minnu u li kull sena l-kumpanija qed tnaqqas it-telf tagħha.

Il-Partit Nazzjonalista temm jgħid li l-assi li għandu huma suffiċjenti biżżejjed li jkopru d-djun.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

80 ħaddiem barrani li nstabu joqogħdu f’lukanda f’Tas-Sliema li suppost hi magħluqa b’avviż ta’ infurzar ġew ordnati mill-Awtorità tat-Turiżmu biex imorru joqogħdu f’post ieħor. Television Malta jinsab infurmat li dawn…

Lokali

Diversi ħaddiema fis-settur tas-saħħa kellhom jieħdu d-deċiżjoni diffiċli biex waqt li jservu fl-isptar fost pazjenti bil-Coronavirus, jinfirdu mill-għeżież tagħhom u jmorru joqgħodu band’ oħra. F’din is-sitwazzjoni, il-fergha taż-Żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika…

COVID-19

Koki li jaħdmu f’diversi ristoranti li jinsabu magħluqa minħabba r-restrizzjonijiet li saru, ma spiċċawx b’idejhom fuq żaqqhom għax xammru l-kmien u b’mod volontarju qed iħejju ikliet bnini għal ħaddiema fost…

COVID-19

It-tliet deputati Nazzjonalisti Għawdxin, Chris Said, Frederick Azzopardi u Kevin Cutajar qalu fi stqarrija li l-miżuri li tħabbru lbieraħ għall-isptar ta’ Għawdex huma fid-direzzjoni t-tajba, anke għax huma fost il-miżuri…

Aktar