COVID-19
Il-PN jilqa’ l-miżuri għall-isptar t’Għawdex, jesprimi tħassib dwar is-sodod

It-tliet deputati Nazzjonalisti Għawdxin, Chris Said, Frederick Azzopardi u Kevin Cutajar qalu fi stqarrija li l-miżuri li tħabbru lbieraħ għall-isptar ta’ Għawdex huma fid-direzzjoni t-tajba, anke għax huma fost il-miżuri li pproponiet l-Oppożizzjoni. Madankolu staqsew għalfejn Għawdex ser ikollu jistenna sa tliet ġimgħat, biex jiżdiedu s-sodod tal-kura intensiva.

Żiedu josservaw li s-sodod għal pazjenti tal-Covid-19 se jiżdiedu għax ġew posposti numru ta’ operazzjonijiet u għax l-anzjani ta’ Dar Sant’Anna se jittieħdu f’lukanda fir-Rabat. Staqsew jekk dan hux ser iħallsu għalih Steward jew il-Gvern. Id-deputati Nazzjonalisti qalu li kieku l-proġetti li kellhom isiru minn Steward u l-Gvern saru kif kien ippjanat, ma kienx ikun hemm sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ sodod.

Ilmentaw li s-swabs li jittieħdu f’Għawdex qed jiġu analizzati f’Malta, b’riskju li jintilef il-ħin, u staqsew jekk il-Gvern talabx lil Steward biex jagħmlu dawn it-testijiet f’Għawdex stess. Semmew ukoll, fost oħrajn, is-sitwazzjoni tax-xufiera tal-ambulanzi u tal-ħaddiema tal-Gozo Channel, u għaliex ħaddiema ġew sfurzati biex joħorġu bil-leave waqt li l-ħaddiema barranin tal-vapur ‘Nikolaos’ baqgħu jaħdmu kuljum.

Aħbarijiet Oħra
Pulizija

Iż-żgħażagħ Andre’ Mifsud u Kelsey Bugeja huma fost is-sitta u erbgħin rekluta li bdew taħriġ intensiv fl-akkademja tal-forzi dixxiplinati biex iservu bħala kuntistabbli. Oħrajn se jingħataw iċ-ċans japplikaw f’sejħa li…

COVID-19

Lura għan-normalità, iżda fadal xi ftit miżuri li se jibqgħu fis-seħħ fosthom il-limitazzjonijiet fl-operat tad-diskoteki li huma l-kalamita speċjalment għal ġenerazzjoni żagħżugħa. Organizzaturi ta’ festini mfittxija minn eluf f’Malta qalu…

COVID-19

Inqas minn ġimgħa mill-budget addizzjonali li l-Gvern ser iressaq nhar it-Tnejn, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ltaqa’ mal-imsieħba soċjali fi ħdan il-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali biex flimkien taw ħarsa lejn…

Lokali

SkolaSajf 2020 se tkun qed tiftaħ il-bibien tagħha fl-1 ta’ Lulju li ġej, jiġifieri kważi ħmistax-il ġurnata iktar kmieni milli tiftaħ is-soltu. Fi stqarrija ntqal li dan hu possibbli wara diversi preparamenti li saru fl-aħħar xhur…

Aktar