Politika
Il-PN jimmira li jilħaq livell ta’ eċċellenza fis-saħħa mentali – Dr Grech

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li l-Partit Nazzjonalista jrid li fis-settur tal-kura tas-saħħa mentali jintlaħaq livell ta’ eċċellenza.

Dr Grech qal dan meta mexxa delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista f’laqgħa mal-Fondazzjoni Richmond, immexxija mill-Kap Eżekuttiv Stephania Dimech Sant.

Bernard Grech semma kif il-Partit Nazzjonalista jrid li jingħalaq l-isptar Monte Carmeli fost oħrajn bl-iskop li titneħħa l-istigma li hemm u jkun offrut servizz tal-ogħla kwalitá fl-aqwa ambjent possibbli.

Bernard Grech faħħar l-impenn tal-Fondazzjoni, li qal li taspira fiduċja u tagħmel ħafna ġid.

Matul il-laqgħa Dr Grech kien akkumpanjat mill-Kelliem għas-Saħħa Stephen Spiteri u l-Kandidat għall-elezzjoni ġenerali Julie Zahra.