Politika
Il-PN jipproponi għajnuna għax-xiri ta’ vetturi elettriċi anke second hand

Il-Partit Nazzjonalista qed iwiegħed li l-għajnuna finanzjarja għax-xiri ta’ vetturi elettriċi tingħata wkoll għal vetturi elettriċi li jkunu second-hand.

F’konferenza tal-aħbarijiet dwar temi fil-qasam tat-trasport, id-deputat David Thake qal li mill-gvern, il-Partit Nazzjonalista jkun impenjat biex iwarrbu vetturi li jaħdmu bil-petrol jew id-diesel u minflok imorru għal vetturi elettriċi. Qal li proposta oħra hi li sa 4 snin oħra l-karozzi tal-linja kollha jkunu jaħdmu bl-elettriku.

Id-deputat Toni Bezzina tratta l-proposta tal-introduzzjoni tal-metro u qal li kien il-Partit Nazzjonalista li vara dan il-kunċett fl-2017. Il-Perit Bezzina rrimarka li fil-budget, il-Gvern ma alloka ebda fondi għall-metro u żied jgħid li fil-proposta tal-Gvern hemm nuqqas serju ta’ ippjanar.

Id-deptuat Thake semma wkoll proġetti kapitali li l-Partit Nazzjonalista qed jintrabat li jwettaq fil-Gvern u semma fost l-oħrajn sptar speċjalizzat għall-kura mentali integrat mal-Isptar Mater Dei; il-ftuħ ta’ djar fil-komunità għall-anzjani, l-persuni b’diżabilità u dawk bid-dimensja; u t-tisħiħ tal-Port tal-Imġarr f’Għawdex.