COVID-19
Il-PN jipproponi li priġunieri li waslu lejn tmiem is-sentenza jintbagħtu d-dar taħt house arrest

Il-Partit Nazzjonalista ppropona li l-priġunieri anzjani u dawk b’kundizzjonijiet ta’ saħħa, jiġu iżolati f’postijiet barra l-ħabs u li l-priġunieri li waslu lejn tmiem is-sentenza, jintbagħtu d-dar taħt house arrest b’tagging elettroniku.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Sigurtà Nazzjonali, Beppe Fenech Adami qal li l-iffular fil-faċilità korrettiva hu ta’ tħassib serju għaliex hemm aktar minn priġunier wieħed f’nofs iċ-ċellel tal-ħabs.

Huwa appella lill-Gvern biex jagħti ilbies protettiv lil pulizija u li l-għasses ikunu ffumigati regolarment u jsiru kampanji biex in-nies ma jmorrux l-għases jekk mhux f’każi urġenti u minflok ir-rapporti isiru bit-telefon jew online.

Il-Perit Toni Bezzina qal li fit-trasport pubbliku jeħtieġ li tkun imħarsa s-saħħa tax-xufiera u l-passiġġieri billi fost l-oħrajn il-ħlas tan-noll isir biss bl-użu tal-Linja Card ukull xufier jingħata ilbies protettiv. Il-Kelliem qal li l-karozzi tal-linja għandhom jitnaddfu mill-inqas seba’ darbiet kuljum u bil-lejl jiġu ffumigati.

Il-Kelliem għall-Kunsilli Lokali, Robert Cutajar qal li l-Kunsilli għandhom ikunu fuq quddiem fil-kampanji ta’ edukazzjoni u informazzjoni lill-pubbliku waqt li l-kunċett tal-community policing għandu jinfirex f’aktar lokalitajiet u flimkien mal-gwardjani lokali jassiguraw l-infurzar tal-kwarantina u social distancing f’postijiet pubbliċi.

Aħbarijiet Oħra

Bħala parti mill-istrateġija biex pajjiżna ikun ippreparat għall-każijiet severi tal-Coronavirus, f’Mater Dei waslu iktar ventilators li se jintużaw fl-eventwalità li l-pazjenti jippreżentaw sintomi severi tal-virus. Fi żjara f’ Mater Dei,…

COVID-19

Is-Superintendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, se tkun qed tindirizza konferenza tal-aħbarijiet fin-12:30. Il-Professur Gauci se tkun qed titkellem dwar l-aħħar aġġornamenti relatati mal-imxija tal-Coronavirus f’Malta.

COVID-19

18-il persuna lbieraħ ingħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi li l-Pulizija għamlet fl-aħħar 24 siegħa biex tiżgura li ma jkunx hemm ġemgħat ta’ aktar minn 3 persuni f’postijiet pubbliċi…

Aktar