COVID-19
Il-PN jipproponi miżuri ta’ għajnuna indirizzati lejn il-familji Maltin u Għawdxin

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar il-Benesseri tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, Claudio Grech ippropona li l-għajnuna li ħabbar il-Gvern għal setturi li ntlaqtu mill-pandemija tkun estiża lill-ħaddiema kollha li ntlaqtu mill-imxija. Ippropona ukoll li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma jonqsu bin-nofs għall-familji, b’effett lura mid-9 ta’ Marzu.

Is-sur Grech qal li l-Partit Nazzjonalista qed jipproponi wkoll li l-iskejjel tal-Knisja, privati u skejjel li jagħtu tagħlim extra kurrikulari jingħataw l-għajnuna finanzjarja mill-Gvern.

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar Akkomodazzjoni Soċjali u l-ġlieda Kontra l-Faqar, Ivan Bartolo, qal li s-sidien privati li jikru l-propjetà għandhom jiġu inċentivati mill-Gvern biex jagħtu moratorju ta’ 6 xhur lill-inkwelini taghhom. L-istess qal għandha tagħmel l-Awtorità tad-Djar. Qal li għandu jingħata għajnuna lill-foodbanks li qed isiru fil-lokalitajiet.

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, Karl Gouder, ippropona li jintlaħaq ftehim mal-banek kummerċjali biex jagħtu moratorju għal 6 xhur lill-ħaddiema li għandhom self fuq djar u li ntlaqtu mill-Covid – 19.

Huwa ppropona ukoll għotja ta’ darba lill-anzjani biex ikunu konnessi bl-internet. Qal ukoll li għandha ssir kampanja edukattiva biex ikun evitat l-abbuż fuq il-prezzijiet essenzjali ghalkemm qal li l-Partit Nazzjonalista hu kontra li jkun hemm reġim ta’ kontrolli ta’ prezzijiet .

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Wara kważi erbgħin jum fuq il-baħar, il-Gvern Malti ddeċieda li jdaħħal f’Malta lill-immigranti li kienu qed jinżammu barra t-territorju Malti. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li s-sitwazzjoni fuq dawn il-vapuri saret…

Enerġija

L-istudju għall-impatt ambjentali għall-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija ġie sottomess lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, ERA, waqt li l-awtoritajiet kompetenti fl-Italja qed jiffinalizzaw l-istudji biex jiġi ppreżentat ukoll ir-rapport tal-impatt…

Stejjer Umani

Imweġġa’ bil-qtil brutali tal-Afro Amerikan George Floyd fl-Istati Uniti u bil-qtil razzista wkoll tal-immigrant Lassana Cisse s-sena li għaddiet, Martina Borg marret fuq il-midja soċjali b’messaġġ emozzjonali kontra r-razziżmu. It-tfajla…

COVID-19

Studenta ta’ 22 sena, Rebecca Caruana kitbet ktejjeb elettroniku dwar il-pandemija tal-Covid 19 li se jiġi ppubblikat ftit tal-jiem oħra fi New York bi sħab mal-organizazzjoni dinjija tas-saħħa u ċ-Ċentri…

Aktar