Il-PN jirċievi żewġ petizzjonijiet – illum se jitlaqqa’ l-Kumitat Eżekuttiv

Illum se jkun qed jitlaqqa’ l-Kumitat Eżekuttiv li mistenni jiddiskuti l-aġenda tal-Kunsill Ġenerali wara petizzjoni mressqa quddiemu biex jiltaqa’. Illejla l-Kumitat Eżekuttiv se jkun qed ukoll jeleggi karigi ta’ uffiċjali għolja tal-partit.

Intant il-Partit Nazzjonalista rċieva żewġ petizzjonijiet, waħda mingħand 4,330 tesserat u oħra minn 530 kunsillier. Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li l-petizzjonijiet jesprimu l-fiduċja tagħhom fil-Kap tal-Partit Adrian Delia filwaqt li jitolbu għall-għaqda, għal diskussjoni matura u għal responsabbiltà kollettiva. Il-petizzjoni qed tappella biex minflok riżenji jkun hemm ħidma akbar sabiex il-PN jiġbed aktar nies lura.

Kunsill Ġenerali straordinarju jista’ jissejjaħ ukoll jekk ikun hemm talba bil-miktub ta’ mhux inqas minn 150 membru tal-istess Kunsill. Il-Partit Nazzjonalista qal li wara li jsiru l-verifiki neċessarji l-President tal-Kunsill Generali se tkun qiegħda skont Artikolu 31 tal-Istatut tal-Partit Nazzjonalista tgħaddi din it-talba ta’ dawn il-membri tal-Kunsill Ġenerali kif ukoll tat-tesserati lill-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.

Ara wkoll:

Petizzjoni oħra fid-Dar Ċentrali, din id-darba favur Adrian Delia

Aħbarijiet Oħra
Politika

Wara dak żvelat fil-Qorti dwar l-impjieg ta’ Melvin Theuma bħala messaġġier u xufier f’kumpanija tal-gvern, li minnu ħa tliet xhur paga mingħajr qatt ma mar għax-xogħol, il-pulizija fetħet investigazzjoni fuq…

Parlament

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia qal li Andrew Borg Cardona kien żvija lil uffiċjali tal-Parlament meta jumeujn ilu daħal ma’ grupp ta’ nies fil-gallarija tal-Kamra minflok mar fil-kamra tal-Oppożizzjoni. Dan…

Politika

Miriam Dalli mhux se tkun qed tikkontesta għall-elezzjoni ta’ Mexxej tal-Partit Laburista. Ħabbret dan hi stess f’post fuq il-midja soċjali tagħha, fejn qalet li wara li kkunsidrat l-affarjiet kollha, iddeċidiet…

Aktar