Lokali
Il-PN jitlob studju dwar l-andament ekonomiku; il-PL jgħid li l-PN jilmenta li qed tikber l-ekonomija

Il-Partit Nazzjonalista sejjaħ lill-Gvern biex jikkummissjona studju dwar l-andament ekonomiku fit-tul biex ikun assigurat li l-pajjiż ikun lest għat-tkabbir ekonomiku fl-oqsma kollha u li dan jilħaq lil kulhadd. Id-deputati Kristy Debono u Ivan Bartolo qalu li ż-żieda fil-kera u fil-prezzijiet tal-appartamenti qed joħolqu faqar finanzjarju ġdid. Qalu li 70,000 persuna ma jistgħux ilaħħqu mal-kera jew il-ħlasijiet li għandhom mal-banek.

Is-sinjura Debono qalet li bejn l-2014 u 2016 il-prezzijiet tal-propjetà telgħu b’50% u żdiedu ferm aktar fl-aħħar sena u nofs. Qalet li dawk li għandhom paga medja ma jistgħux jixtru darhom.

Ivan Bartolo qal li żdiedu n-numru ta’ persuni li qed jgħixu f’garaxxijiet taħt l-art ghax ma jistgħux iħallsu l-kera. Qal li anke fil-gazzetta l-Orizzont issemmiet iċ-ċifra ta’ 190 persuna minn dawn. Skont is-sur Bartolo mad-900 persuna qed jgħixu fil-garaxxijiet uħud minnhom mingħajr provista tal-elettriku. Huma ħeġġew lill-Gvern biex jaġixxi malajr u jikkummissjona l-istudju li hemm bżonn.

F’reazzjoni, il-Partit Laburista qal l-Partit Nazzjonalista spiċċa jilmenta li qed tikber l-ekonomija u jinħoloq il-ġid. Fi stqarrija ntqal li l-miġja ta’ ħaddiema barranin iġġib l-isfidi tagħha bħal fil-każ tal-kera iżda l-Gvern se jippubblika white paper b’għadd ta’ proposti għal dan is-settur. Il-Partit Laburista qal li din il-white paper tingħaqad ma’ sensiela ta’ inizjattivi li ttieħdu bħal social loans u investiment f’housing soċjali.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fil-programm tal-bieraħ ta’ Porta a Porta fuq l-istazzjon Rai Uno, id-Deputat PM u mexxej tal-partit Cinque Stelle, Luigi Di Maio insinwa li l-Italja jekk trid tista’ taqta’ l-provvista tad-dawl lil…

Lokali

Daqshekk irrilaxxaw bżieżaq fil-festa tagħhom ta’ San Ġorġ. Dan qaluh il-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Marti (Qormi) wara li laqgħu t-talba tal-grupp Malta Clean Up biex jibżgħu aktar għall-ambjent ta’…

Lokali

Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta’ 5 lokalitajiet inbidlilhom in-numru tal-bieb tad-dar tagħhom. Fi stqarrija ntqal li l-bibien ta’ dawn it-toroq ingħataw numri ġodda, bir-residenti huma…

Lokali

Infrastracture Malta, l-Aġenżija responsabbli mill-proġett Central Link bejn l-Imrieħel u r-Rabat tidher li għadha qed tiffinalizza l-pjanti. Iċ-Ċermen Eżekuttiv tal-Aġenżija, l-Inġinier Fredrick Azzopardi qal li bil-proġett mhux ser jitneħħew aktar…

Aktar