Lokali
Il-PN jniedi Kunsill Ġenerali bit-tema ‘Ġid għal Kulħadd f’Soċjetà li Jimpurtaha’

Il-Partit Nazzjonalista nieda l-Kunsill Ġenerali bit-tema Ġid għal Kulħadd f’Soċjetà li Jimpurtaha, li se jiftaħ nhar it-Tnejn.

Is-Segretarju Ġernali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli qal li matul il-Kunsill Ġenerali se ssir analiżi tas-sitwazzjoni ekonomiku u se tingħata ħarsa lejn il-ġejjieni. Qal li l-Partit Nazzjonalista se jqassam lill-Kunsilliera tiegħu dokument ġdid li nħadem minn numru ta’ ekonomisti li fost oħrajn jinkludi fatti oġġettivi li fuqhom jeħtieġ li nibnu l-pajjiż, il-politika demografika tal-gvern, il-wirt ekonomiku, l-effetti ekonomiċi ta’ nuqqas ta’ pjan fil-futur u l-konsegwenzi soċjali.

Is-Sur Puli qal li jeħtieġ li l-pajjiż ikollu pjan fit-tul mibni fuq il-viżjoni ta’ soċjetà li jimpurtaha. Huwa kkritika lill-Gvern li huwa Gvern li jisma’ u ma jagħtix kas. Qal li l-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista għal soċjetà li jimpurtaha hija bbażata fuq il-ħarsien tal-ħajja mill-bidu sat-tmiem, għajxien diċenti għal kulħadd, wens għal dawk li jaqgħu lura, kwalità tal-ħajja u l-identità.

Is-Sur Puli semma fost oħrajn li l-problema tal-kirjiet mhijix tinqabad fl-indiċi tal-faqar. Qal li din hi problema li ħoloq il-gvern bil-mudell ekonomiku tiegħu