Politika
Il-PN joġġezzjona li Gavin Gulia jinħatar Chairman tal-MTA

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Ministru għat-Turiżmu m’għandux jaħtar lil Gavin Gulia bħala Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, minn wara dahar il-Parlament u bi ksur tal-liġi.

Fi stqarrija minn tliet kelliema tal-Partit Nazzjonalista, Karol Aquilina, Carmelo Mifsud Bonnici u Clyde Puli, intqal li skont il-liġi l-Ministru għat-Turiżmu huwa obbligat bil-liġi li jissottometti n-nomina tiegħu għall-iskrutinju tal-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi.

Ara wkoll:

Dr Gavin Gulia jirriżenja mill-Kamra tad-Deputati ftit tal-ħin biss wara li ħa l-ġurament tal-ħatra