Lokali
“Il-PN mhux jippretendi li jirbaħ l-elezzjonijiet iżda nispera li jkun riżultat rispettabbli” – Robert Arrigo

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo qal li jekk iċ-ċifri ta’ kemm ħarġu jivvotaw fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew huma korretti, jidher li f’ċertu distretti li huma predominanti Nazzjonalisti ma ħarġux jivvotaw daqs distretti oħra.

Robert Arrigo nnota li minkejja dan, għadu kmieni biex wieħed jgħid jekk din hiex indikazzjoni minħabba li hemm diversi fatturi, fosthom il-vot 16 u ż-żieda fil-barranin, li fi kliemu huma fatturi ġodda mill-aħħar elezzjoni.

F’intervent ma’ TVM, Arrigo qal li minkejja li l-Partit Nazzjonalista jixtieq li jikseb riżultat aħjar minn ħames snin ilu, saħaq li għall-Partit Nazzjonalista hija diffiċli għax huwa l-underdog. Sostna li l-Partit Nazzjonalista mhux jippretendi li jirbaħ l-elezzjonijiet iżda jispera li jkun riżultat rispettabbli għall-Partit Nazzjonalista.

Temm jgħid li jekk id-distakk ikun kbir huwa ħażin għall-Partit Nazzjonalista u stqarr li jaħseb li l-Partit ħadem tajjeb u kellu kampanja tajba.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

F’aktar minn ħamsin sena, l-Għaqda Alkoħoliċi Anonimi għenet mijiet ta’ persuni bi problema ta’ xorb żejjed, u ħafna drabi anke lill-qraba tagħhom permezz tal-AL-ANON. TVM tkellem ma’ raġel li 27…

Infrastruttura

Għaddejin l-aħħar tħejjijiet għat-tlestija ta’ Triq Ħal Luqa, li hija l-arterja ewlenija bejn Santa Luċija u Ħal Luqa. Bejn it-Tlieta filgħodu u l-Erbgħa waranofsinhar, it-triq se tingħalaq f’direzzjoni waħda sakemm…

Trasport

Matul l-aħħar snin, Transport Malta flimkien mal-Ministeru tat-Trasport nedew diversi skemi fuq ix-xiri ta’ mezzi tat-trasport biex jonqos it-tniġġis tal-arja. Tnejn mill-iskemi li qed jagħtu riżultati huma għax-xiri tal-karozzi elettriċi…

Aktar