“Il-PN mhux se jħalli lill-Gvern Laburista jħott il-qasam tas-servizzi finanzjarji” – Adrian Delia, jirreaġixxi l-Gvern

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista mhux se jħalli lill-Gvern Laburista jħott il-qasam tas-servizzi finanzjarji.

Waqt attività bħala parti mill-festi tal-55 anniversarju mill-Indipendenza, Dr Delia qal li kien Gvern Nazzjonalista li bena l-qasam tas-servizzi finanzjarji li llum il-ġurnata timpjega eluf ta’ nies, u issa dan kollu jinsab f’riskju li jinħatt minħabba reputazzjoni laxka li qed tieħu Malta.

Il-Kap Nazzjonalista qal li dan is-settur jiddependi minn tliet fatturi ewlenin: il-ħiliet tal-ħaddiema li jaħdmu fih, qafas regolatorju li jħares dan il-qasam u r-reputazzjoni tal-pajjiż.

Huwa qal li l-liġijiet li jħarsu dan il-qasam taw riżultati tajbin għal snin twal. Issa, qal Dr Delia l-Gvern qed jgħaddi romblu minn fuq l-istess regolamenti u dan se jħoll u jorbot jekk il-qasam tas-servizzi finanzjarji jkomplix miexi ‘l quddiem.

Dr Delia qal li l-Ministru tal-Finanzi m’għandux ikompli jgħid li kulħadd ikollu l-problemi tiegħu f’dan is-settur, imma għandu jindirizza dawn id-diffikultajiet b’serjetà kbira.

F’reazzjoni il-Gvern irribatta li hija biss l-Oppożizzjoni li qed tipprova tħott il-qasam tas-servizzi finanzjarji permezz tal-ħsara kordinata kemm fuq bażi lokali u anke fuq ba’i internazzjonali.

Fi stqarrija mis-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, intqal li l-Gvern jibqa’ impenjat jaħdem f’dan il-qasam sabiex ikompli jkun imsaħħaħ aktar billi fost l-oħrajn ingħataw aktar għodod lir-regolatur.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fil-Palazz tal-President għaddej ix-xogħol fuq l-akbar proġett li qatt kellha Heritage Malta fl-istorja tagħha. Għadd kbir ta’ ħaddiema qed jaħdmu fuq xogħliiet differenti minn bdil tas-soqfa sar-restawr tal-pitturi. Il-ħsieb huwa…

COVID-19

Grupp ta’ xufiera tal-karozzi tal-linja ilhom fuq xahrejn isuqu vetturi tal-gvern minflok xarabanks. Il-kumpanija Malta Public Transport qed tipprovdi dawn ix-xufiera li ta’ kuljum qed iwasslu għal swab test fiċ-ċentri…

Trasport

Minn għada t-Tnejn, l-ewwel ta’ Ġunju, ser jerġgħu jitħallew isiru l-eżamijiet, kemm prattiċi u tat-teorija, għal-liċenzji tas-sewqan. L-eżamijiet kienu twaqqfu lura f’Marzu minħabba l-imxija tal-COVID-19 u issa ser ikomplu b’għadd…

Lokali

Inkjesta Maġisterjali li nvestigat denunzji li tressqu mill-għaqda Repubblika b’allegazzjonijiet dwar qtil ta’ immigranti, u attentat ta’ qtil ta’ oħrajn ix-xahar li għadda, sabet li dawn ma kinux imsejsa fuq…

Aktar