Partit Nazzjonalista
Il-PN qal li l-Gvern m’għandux jibqa’ jitnikker dwar it-trasport tal-iskejjel

Il-Partit Nazzjonalista qal li hemm bżonn li l-Gvern ikun ċar u ma jitnikkirx dwar it-trasport tal-iskejjel.

Il-Kelliem għall-Edukazzjoni, Clyde Puli qal li xahar u nofs mill-bidu ta’ sena skolastika ġdida l-Gvern għadu qed iżomm lill-istudenti, il-ġenituri, il-kapijiet tal-iskejjel tal-Knisja u dawk indipendenti u lill-kumpaniji u l-individwi li joffru servizzi ta’ trasport lill-istudenti sajmin għalkollox mill-informazzjoni meħtieġa dwar kif u meta se tkun imwettqa din il-wegħda.

Qal li l-Partit Nazzjonalista jappella lill-Gvern biex kemm jista’ jkun malajr jinforma b’mod ċar lil kull min hu involut dwar kif se tiġi introdotta u implimentata din l-inizjattiva u ma jibqax jitnikker fid-diskussjonijiet u l-informazzjoni dwarha.

Il-Partit Nazzjonalista stieden lill-Gvern biex jasal għall-konklużjonijiet fi żmien tajjeb ħalli jassigura li dawk kollha involuti jkollhom biżżejjed żmien biex iħejju l-loġistika għat-twettiq ta’ din il-wegħda tal-partiti ewlenin it-tnejn.

Aħbarijiet Oħra
Sport

Il-wrestling għal bosta jidher sports goff iżda għal Wayne Pace beda jsegwi l-isport tar-wrestling minn età żgħira, sakemm sar atleta professjonali. Il-wrestling huwa dixxiplina sportiva bir-regoli tagħha saħansitra ta’ ħarsien…

Saħħa

Id-Dipartiment tal-Kardjoloġija fl-Isptar Mater Dei kompla bl-isforzi biex jikber l-għarfien u l-prevenzjoni dwar il-mard tal-qalb. F’jum ta’ attivitajiet, mijiet ta’ nies għamlu testijiet mediċi f’inizjattiva tas-Soċjetà tal-Qalb biex jikber l-għarfien dwar…

Għawdex

L-investiment fil-prodott turistiku Għawdxi ser jissukta bi skema ġdida Enable Tourism li kienet tħabbret fil-Budget għal din is-sena. L-iskema hija maħsuba biex itejjeb l-aċċessibiltà fil-postijiet tal-akkomodazzjoni turistika. Id-dettalji tagħha tħabbru…

Aktar