Politika
Il-PN se jappella lill-KE biex Malta tingħata fondi għall-ħsarat tal-Grigalata

Il-Partit Nazzjonalista, permezz tal-kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Francis Zammit Dimech u Roselyn Borg Knight, qal li hu impenjat biex Malta ma titqiesx bl-istess mod li jitqiesu pajjiżi ikbar fl-għoti tal-fondi mill-Fond Ewropew għas-Solidarjetà.

Dan wara li l-Kummissjoni Ewropea qalet li Malta ma tikkwalifikax għal dawn il-fondi għax il-ħsarat fil-maltempata ta’ Frar ma kinux suffiċjenti, Dr Zammit Dimech qal li l-mod kif dawn il-fondi jingħataw lil pajjiż żgħir bħal Malta m’għandux ikun marbut ma’ sistema ta’ perċentwali. Żied li l-impenn tal-EwroParlamentari Nazzjonalisti huwa li din is-sistema tiġi emendata biex f’ċirkostanzi bħal dawn Malta tibbenefika b’mod immedjat.

Roselyn Borg Knight qalet li ċ-ċokon ta’ Malta jrid jiġi kkunsidrat u li dak li jgħodd għall-pajjiżi kbar ma japplikax għal Malta. Qalet li huma se jappellaw lill-Kummissjoni Ewropea biex tindirizza din is-sitwazzjoni u se jagħmlu pressjoni permezz tal-Partit Popolari Ewropew.

Aħbarijiet Oħra
Xogħol

Ċifri ta’ Jobsplus juru li f’Mejju kien hemm 1,669 persuna jirreġistraw għax-xogħol. L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li dan ifisser tnaqqis fil-qgħad ta’ 6.8% meta mqabbel ma’ Mejju tas-sena l-oħra. Miċ-ċifri…

Lokali

Mill-1 ta’ Jannar 2020 il-kirjiet residenzjali privati ta’ aktar minn sena jridu jibdew jiġu reġistrati online mal-Awtorità tad-Djar u s-sid ma jistax iżid il-kirja b’aktar minn 5% fis-sena. Min ma…

Droga

Ġuvni ta’ 34 sena, li llum ilu sentejn li għeleb il-vizzju tad-droga jirrakkonta l-esperjenza li għaddha minnha minħabba d-droga. Illum il-ġurnata jisħaq li d-droga qatt mhi s-soluzzjoni u jħeġġeġ lin-nies…

Aktar