Politika
‘Il-PN se jibqa’ jaħdem biex il-pajjiż ikollu pjan u ikun jaf fejn għandu jinvesti biex joħloq xogħol u ġid sostenibbli’

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li hemm ħafna nies li qed ibatu u negozji li jeħtieġu l-għajnuna. Qal li l-Partit Nazzjonalista ser jibqa’ jaħdem biex il-pajjiż ikollu pjan u ikun jaf fejn għandu jinvesti biex joħloq ix-xogħol u l-ġid li jkun sostenibbli.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-Oppożizzjoni ser tibqa’ għaddejja bix-xogħol tagħha sakemm kull persuna tingħata l-għajnuna speċjalment dawk li waqgħu lura. Skont Dr Delia l-qgħad tela’ għal aktar minn 11,000 persuna u l-qgħad żdied bi 22%.

F’intervista fuq il-mezzi tax-xandir tal-Partit Nazzjonalista, Dr Delia qal li hemm bżonn pjan biex il-pajjiż jara f’liema setturi jenħtieġ li jinvesti ħalli jkun minn ta’ quddiemmnett li jirkupra mill-effetti ekonomiċi negattivi tal-pandemija.

Qal li l-pajjiż ma jistax jibqa’ jiddependi fuq il-prekarjat u l-konsum intern iżda jrid joħloq ekonomija marbuta fuq investiment b’valur miżjud. Il-Kap Nazzjonalista qal li l-pajjiż jenħtieġ direzzjoni, ħaġa li qal li l-Gvern mhux qed jagħti għax hemm bżonn trasformazzjoni fl-ekonomija.

Dwar il-ħatra ta’ Kummissrarju tal-Pulizija, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li dan ser ikun is-7 wieħed taħt Gvern Laburista. Huwa qal li dan ser ikollu sena probation biex skont Dr Delia, il-Prim Ministru jkun jista’ jkeċċih jekk ma jobdiex l-ordnijiet tiegħu. Tenna li l-Kummissarju tal-Pulizija għandu jinħatar b’żewġ terzi tal-parlament biex ma jkunx jiddependi mill-Gvern u jkun jista’ jinvestiga mingħajr xkiel.

Dr Delia qal li la Keith Schembri u lanqas Konrad Mizzi ma ġew investigati u qed jistenna li l-Kummissarju l-Ġdid jiftaħ l-investigazzjonijiet għax il-poplu Malti jixraqlu li jingħata l-verità. Il-Kap Nazzjonalista qal li Konrad Mizzi ta kuntratt lill-Kumpanija privata ta’ aktar minn 4 miljun ewro għar-riklamar li qatt ma sar u li erba’ ministri nefqu bejniethom 1.8 miljun ewro minn flus il-poplu biex jagħmlu propaganda politika fuq il-midja soċjali.

Dr Delia qal li l-Gvern huwa inċert kif jistgħu jintużaw il-biljun ewro allokati lill-Malta mill-Unjoni Ewropea għax qal li ma għandux pjan kif dawn jistgħu jintużaw biex kulħadd jingħata l-għajnuna li jenħtieġ.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Wara li l-Università ta’ Malta semgħet id-dispjaċir tal-istudenti u l-familjari tagħhom għall-aħbar li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni se jiġu posposti hija qalet li se tipprova ssib soluzzjoni biex dawn isiru fiż-żmien tagħhom….

Immigrazzjoni

Grupp ta’ madwar 50 immigrant żbarkaw matul il-lejl li għadda f’Malta wara li kienu ilhom ġranet abbord il-bastiment  MV Talia. F’kitba fuq twitter l-għaqda Alarm Phone, qalet li wara ġranet maqbuda…

Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tilef vot ta’ fidċuja fil-grupp parlamentari wara laqgħa li damet għaddejja ħames siegħat. Madanakollu, f’konferenza tal-aħbarijiet eżatt wara għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, Dr Delia qal li mhux…

Edukazzjoni

L-Università ta’ Malta ħabbret li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni li kienu se jsiru f’Novembru u Diċembru li ġej jiġu posposti għas-sena d-dieħla minħabba l-inċertezza relatata mal-COVID-19. Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella…

Aktar