COVID-19
Il-PN se jinnomina lil Charmaine Gauci għal Ġieħ ir-Repubblika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista qal li l-partit li jmexxi se jkun qed jinnomina lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, biex tingħata l-unur ta’ Ġieħ ir-Repubblika.

F’messaġġ fuq il-midja soċjali Dr Delia qal li l-Partit Nazzjonalista jemmen li dawk kollha li ħadmu fuq quddiem kontra l-Covid-19 għandhom jingħataw bonus għax-xogħol li ddeskriva bħala wieħed erojku.