Lokali
Il-PN se jippreżenta proposti għar-riforma tal-Kunsilli Lokali

Il-Partit Nazzjonalista se jippreżenta lill-gvern 80 proposta għar-riforma tal-Kunsilli Lokali li ser iwettaq il-Gvern.

Il-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kunsilli Lokali, Robert Cutajar, qal li jittama li dawn il-proposti jintlaqgħu mill-Gvern biex il-Kunsilli Lokali jkunu ferm aktar viċin ir-residenti. Is-Sur Cutajar qal li t-80 proposta huma mqassma f’ħames taqsimiet li jinkludu l-qasam soċjali, is-sigurtà, il-wardens u l-allokazzjoni finanzjarja.

Id-deputat Robert Cutajar qal lid-dokument bi 80 proposta msejjaħ ‘Kunsilli Lokali li jservu lilek aħjar’ jindirizza diversi problemi li jiltaqgħu magħhom ir-residenti ta’ kuljum.

Jipproponi wkoll li jsir studju f’kull lokalità biex isiru magħrufa d-diffikultajiet tan-nies fosthom il-vjolenza domestika, l-obeżità u s-saħħa mentali. Jissuġġerixxi l-ingaġġ ta’ community worker. Qal li saru proposti biex l-operat tal-Kunsilli Lokali jitjieb filwaqt li jiddaħħal kodiċi ta’ etika.