Lokali
Il-PN se jressaq proposti biex jindirizza l-problema urġenti ta’ bdiewa li qed jitilfu r-raba’

Il-Partit Nazzjonalista qal li ser iressaq proposti biex jindirizza l-problema urġenti ta’ bdiewa Maltin u Għawdxin li qed jitilfu r-raba’ li jaħdmu bi qbiela wara s-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali ta’ Novembru li għadda.

Fi stqarrija, intqal li l-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista Peter Agius u l-Kandidat għall-Elezzjoni Ġenerali Clifford Zahra Fenech iltaqgħu ma’ bidwi affetwat mis-sentenzi tal-Qorti fiż-Żejtun.

Dr Agius u s-sur Zahra Fenech qalu li teżisti l-possibilità ta’ għajnuna lill-bdiewa biex jakkwistaw ir-raba’ tagħhom b’intervent meqjus li jsostni lill-bdiewa mkeċċija mir-raba’, kif ukoll bdiewa żagħżugħa li jidħlu fis-settur.