COVID-19
Il-PN sejjaħ il-pakkett ta’ miżuri bħala xhieda li l-gvern qed jirreaġixxi tard

Fl-ewwel reazzjoni, il-Partit Nazzjonalista sejjaħ il-pakkett ta’ miżuri bħala xhieda li l-gvern qed jirreaġixxi tard u bil-mod quddiem sitwazzjoni li tirrikjedi azzjoni fil-pront.

Fi stqarrija ntqal li numru ta’ ħaddiema u professjonisti li jaħdmu f’numru ta’ setturi mhux se jiġu koperti mill-miżuri. Intqal li minn 164,000 impjegat fis-settur privat li kollha se jintlaqtu ħażin minn din is-sitwazzjoni, il-Gvern għażel li jgħin bis-serjetà 60,000 biss.

Il-Partit Nazzjonalista reġa’ tenna li l-Oppożizzjoni qed tistenna li jraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma u appella biex il-gvern b’mod immedjat li jwaqqaf il-kirjiet tal-gvern sakemm is-sitwazzjoni tirritorna għan-normal.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Persuna li l-identità tagħha għadha mhix magħrufa, waqgħet’ f’sit ta’ kostruzzjoni fl-Imtarfa. tvm.com.mt huwa nfurmat li l-inċident seħħ ftit wara s-7 a.m. Fuq il-post marru s-servizzi tal-emerġenza. Għadha mhix magħrufa…

Immigrazzjoni

It-68 immigrant salvati lbieraħ mill-vapur tal-għaqda Sea-Eye f’żona ta’ tfittix u salvataġġ Libjana mhux se jitħallew jiżbarkaw Malta. Kelliem għall-Gvern qal lil TVM r-responsabbiltà għal dawn l-immigranti għandha tinġarr mill-pajjiż…

COVID-19

F’dan iż-żmien fejn kulħadd jinsab fl-istess sitwazzjoni riżultat tal-pandemija Covid-19, il-Maltin mhux biss qed juru solidarjetà ma’ xulxin iżda saħansitra ma’ persuni li ma jafux li jinsabu mal-ħamest elef kilometru…

Barranin

Għalkemm l-Italja tibqa’ bl-ogħla numru ta’ mwiet bil-COVID19, in-numru ta’ nies mejta baqa’ nieżel ‘l isfel iżda fi Spanja, il-mewt reġgħet qajmet rasha. U fiċ-Ċina għall-ewwel darba minn meta faqqgħet…

Aktar