Edukazzjoni
Il-PN u l-MUT jgħidu li hemm bżonn sigurtà fl-iskejjel kollha

Il-President tal-Union tal-Għalliema l-MUT Marco Bonniċi qal li wara l-aħħar żewġ każijiet ta’ vjolenza fuq edukaturi, il-Gvern qed jaħdem biex jimplimenta pjan għal sigurtà akbar fl-iskejjel.

F’laqgħa mal-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, is-Sur Bonnici qal iżda li l-pjan għandu baġit li jkopri s-sigurtà f’għaxar skejjel biss. Hu qal li l-ġimgħa l-oħra kien hemm erbà każijiet ta’ aggressjoni fl-iskejjel, bi tnejn minnhom ma ssemmgħux fil-midja. Żied li l-union qed twissi wkoll dwar in-nuqqas ta’ edukaturi, li tistà tibda taffettwa l-iskejjel mis-sena skolastika li jmiss.

Min-naħa tiegħu, Dr Delia qal li l-edukaturi jixiriqilhom ir-rispett u l-appoġġ biex iwettqu xogħolhom. Qal li l-fatt li l-Gvern ma jidhirx li għandu pjan strutturat għal dan is-settur, ikompli jgħarraq is-sitwazzjoni. Kompla li n-numru ta’ riżenji mill-professjoni u n-nuqqas ta’ investiment fl-edukazzjoni huma preokkupanti.

Dr Delia qal li l-Gvern ma ppjanax għat-tkabbir fil-popolazzjoni li qed tħalli impatt fuq is-settur tal-edukazzjoni. Il-Kap Nazzjonalista qal li pajjiżi oħra ħadu miżuri aktar drastiċi biex jindirizzaw il-problema tal-vjolenza fuq l-għalliema u qal li jittama li s-sitwazzjoni ma titħalliex tiggrava biex tittieħed azzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Saħnu l-irjus fix-Xlendi, f’Għawdex wara li turist ħebb għal xufier ta’ double-decker. L-inċident seħħ ilbieraħ fl-16:00 waqt l-attività tradizzjonali tal-ġosta li sseħħ ta’ kull sena fil-bajja. Mhux magħruf għala t-turist…

Kronaka

Anzjan ta’ 75 sena residenti l-Pietà tilef ħajtu meta waqa’ għoli ta’ tliet sulari. Il-każ seħħ ftit wara s-sebgħa ta’ llejla meta l-anzjan instab mal-art fl-inħawi ta’ ġnien li jinsab…

Lokali

Fil-ġranet li ġejjin, l-awtoritajiet tas-saħħa mistennija jagħmlu funeral tal-foqra lil erba’ persuni, li tlieta minnhom għandhom il-karta tal-identità Maltija li ilhom aktar minn xahrejn abbundannati fil-kamra mortwarja. Ma’ TVM, id-Direttur…

Aktar