Politika
Il-PN u l-PL jibbuttjaw lil xulxin dwar min qed iħammeġ ir-reputazzjoni ta’ Malta

Il-Partit Nazzjonalista kkundanna d-dikjarazzjoni li saret mill-Ewroparlamentari Sven Giegold li appella lill-Kummissjoni Ewropea tiskatta Artiklu 7 kontra Malta b’rabta mas-saltna tad-dritt.

Fi stqarrija, il-PN qal li l-poplu Malti m’għandux jeħel għan-nuqqasijiet tal-Gvern.  Żied jgħid li bl-iktar mod kategoriku ma jaqbilx li għandu jiskatta dan l-artiklu tat-trattat tal-Unjoni Ewropea.

Intqal ukoll fl-istqarrija li jkun aħjar kieku l-MEP Giegold u sħabu l-Ħodor fil-Parlament Ewropew jaħdmu bħalma qed jagħmel il-PN billi jżidu l-pressjoni fuq il-Gvern u l-aġir ta’ persuni qrib tiegħu li b’għemilhom qed ikissru r-reputazzjoni tajba li dejjem kellha Malta.

Il-PN żied jgħid ukoll li l-Gvern għandu jimplimenta minnufih ir-rakkomandazzjonijiet li sarulu mill-Kummissjoni Venezja u qal li dawn għandhom ikunu parti mill-Kostituzzjoni Maltija.

Ir-reazzjoni tal-PL

Fi stqarrija b’reazzjoni, il-Partit Laburista qal li l-PN ma jistax ikun kredibbli meta jitkellem dwar Sven Giegold u t-talba tiegħu biex jiskatta Artiklu 7 kontra Malta.

Il-PL qal li għal 5 snin l-MEPs tal-PN rewħu kemm felħu biex nies bħal Giegold u oħrajn jipprovaw jimminaw l-interess ta’ Malta speċjalment fis-settur finanzjarju.

Intqal ukoll li l-poplu Malti jaf li f’delegazzjonijiet li ġie fihom Giegold spalla ma’ spalla miegħu kien hemm Roberta Metsola u David Casa, mentri l-Gvern u l-PL kienu fuq in-naħa l-oħra jiddefendu lil Malta.

Il-PL qal li issa huwa tard wisq biex xi ħadd jemmen lill-PN li ma riedx jagħmel ħsara lil Malta u għalhekk huwa biss il-PL li jista’ jkun kredibbli meta jgħid li se jiddefendi isem Malta.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

F’aktar minn ħamsin sena, l-Għaqda Alkoħoliċi Anonimi għenet mijiet ta’ persuni bi problema ta’ xorb żejjed, u ħafna drabi anke lill-qraba tagħhom permezz tal-AL-ANON. TVM tkellem ma’ raġel li 27…

Infrastruttura

Għaddejin l-aħħar tħejjijiet għat-tlestija ta’ Triq Ħal Luqa, li hija l-arterja ewlenija bejn Santa Luċija u Ħal Luqa. Bejn it-Tlieta filgħodu u l-Erbgħa waranofsinhar, it-triq se tingħalaq f’direzzjoni waħda sakemm…

Trasport

Matul l-aħħar snin, Transport Malta flimkien mal-Ministeru tat-Trasport nedew diversi skemi fuq ix-xiri ta’ mezzi tat-trasport biex jonqos it-tniġġis tal-arja. Tnejn mill-iskemi li qed jagħtu riżultati huma għax-xiri tal-karozzi elettriċi…

Annimali

Uffiċjali u membri tal-FKNK żaru l-Iskola Primarja ta’ Ħ’Attard fejn indirizzaw it-tfal li bħalissa qed jattendu Skola Sajf. Il-membri kellhom magħhom Kelb tal-Kaċċa ta’ Malta u Kelb tal-Fenek, bit-tfal li…

Aktar