Barranin
Il-politiċi għall-vot u dan għall-imħabba!

Raġel fir-Renju Unit qata’ qalbu mill-applikazzjonijiet tad-dating fuq l-internet, u ddeċieda li minflok iħallas reklam fuq billboard.

Mark Rofe ta’ 30 sena qal li l-idea bdiet meta kien ma’ sħabu f’pub, u b’nofs ċajta qal li daqt jintefa’ fuq billboard bit-tama li jsib waħda.

Qal iżda li meta beda jaħseb fuqha, dehrlu li l-idea kienet fattibbli, u ddeċieda li jwettaqha fir-realtà.

Kien għalhekk li ħallas £425 biex jagħmel billboard b’ritratt kbir tiegħu nnifsu u bil-kliem ‘Date Mark’, flimkien ma’ sit elettroniku fejn jistgħu jagħmlu kuntatt miegħu.

Mark qal lill-midja li s’issa diġà kellmuh iktar minn 100 persuna, u għalhekk sfortunatament nofshom kienu rġiel, xorta jħossu onorat li rnexxielu jattira daqstant attenzjoni.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-vittmi tal-Coronavirus madwar id-dinja telgħu għal 2,600, bl-Italja jsir l-aktar pajjiż affettwat barra l-Ażja tant li mill-inqas sitt persuni mietu u aktar minn mitejn instab li huma infettati bil-virus. L-Unjoni…

Barranin

Karozza nstaqet għal fuq il-folla waqt parata tal-karnival fil-belt Ġermaniża ta’ Volkmarsen. Tal-inqas għaxar persuni huma maħsuba li ndarbu. Kelliem għall-pulizija qalet li s-sewwieq qed jinżamm mill-pulizija. S’issa mhux ċar…

Barranin

Id-direttur ċelebri tal-films Harvey Weinstein instab ħati f’ġuri fuq żewġ atti tal-akkuża dwar abbuż sesswali fuq nisa. Weinstein li għandu 67 ma nstabx ħati iżda fuq l-iktar akkużi serji li…

Barranin

Il-Prim Ministru tas-Slovakkja, Peter Pellegrini ħassar l-impenji kollha tiegħu wara li ħakmu deni ta’ żiemel u problemi fin-nifs. Iż-żmien fejn marad ma setax ikun agħar l-għaliex ġimgħa oħra mistennija l-elezzjoni…

Aktar