Immigrazzjoni
“Il-politika ġdida tal-UE dwar l-immigrazzjoni teħtieġ rilokazzjoni mandatorja”

L-ambaxxatur Ġermaniż għall-Unjoni Ewropea qal li l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar l-immigrazzjoni u l-persuni li qed ifittxu l-ażil, trid tinkludi r-relokazzjoni tar-refuġjati fil-pajjiżi kollha tal-UE biex is-sistema taħdem.

Michael Clausse qal li ma jemminx li jista’ jkun hemm soluzzjoni għall-immigrazzjoni jekk ma jkunx hemm xi forma ta’ rilokazzjoni mandatorja.

Il-Kummissjoni Ewropea mistennija tippreżenta prosposta għal politika ġdida dwar l-immigrazzjoni u l-persuni li qed ifittxu l-ażil sal-aħħar ta’ dan ix-xahar.

Mill-kriżi tal-immigrazzjoni fl-2015, il-politika dwar l-immigrazzjoni saret fost l-aktar kwistjonijiet jaħarqu fil-politika tal-UE.

Fi żmien il-Kummissjoni tal-eks President Jean-Claude Juncker, il-Kummissjoni kienet imbottat għal rilokazzjoni mandatorja sabiex tnaqqas il-piż minn fuq pajjiżi bħal Greċja, l-Italja u Malta, iżda kienet iffaċċjat oppożizzjoni qawwija mill-grupp ta’ pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali mmexija mill-Ungerija.

F’April, il-Ġermanja flimkien ma’ Franza, l-Italja u Spanja, kienet għamlet proposta li biha ssuġġeriet li għandu jkun hemm mekkaniżmu li jorbot lill-pajjiżi membri tal-UE biex jitqassmu l-immigranti, għalkemm il-pajjiżi jistgħu jagħżlu miżuri oħra ta’ solidarjetà minflok jieħdu refuġjati.

Iżda pajjiżi bħal Polonja u l-Ungerija rreżistew kull forma ta’ regoli ġodda li jisfurzawhom jieħdu immigranti li jaslu fil-fruntieri fin-Nofsinhar tal-UE.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-ġurnalist veteran Reno Bugeja rrapporta għax-xogħol għall-aħħar darba mal-istazzjon nazzjonali wara karriera ta’ 44 sena. Is-Sur Bugeja se jirtira bl-età f’nofs dan ix-xahar wara li għall-aħħar seba’ snin mexxa l-Kamra tal-Aħbarijiet…

Lokali

Issokta r-restawr tal-fortifikazzjonijiet li jinkludu l-Ospizio fil-Furjana biex sas-sajf ta’ sentejn oħra jinfetaħ għall-pubbliku dak li qed jissejjaħ bħala l-ewwel mużew tal-arti kontemporanja f’Malta bl-isem ta’ MICAS. Il-proġett jinkludi fost…

Avjazzjoni

L-Air Malta kitbet paġna oħra fl-istorja tagħha meta ajruplan tal-linja nazzjonali tar għall-ewwel darba lejn l-Indja biex ħa lura f’Kerala 110 ċittadin Indjan f’titjira ta’ ripatrijazzjoni mħallsa mill-gvern. Tkellimna ma’…

Aktar