Il-politika sesswali f’idejn il-gvernijiet lokali

Il-membri tal-Parlament Ewropew ivvutaw favur riżoluzzjoni li tgħid li l-edukazzjoni sesswali fl-iskejjel u t-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika dwar is-sess għandha titħalla f’idejn l-istati membri u mhux f’idejn l-Unjoni Ewropea.

Ir-riżoluzzjoni li tressqet mill-gruppi tal-Partit Popolari u l-Konservattivi, għaddiet b’differenza żgħira ħafna ta’ seba voti minn fost aktar minn 700 vot.

Ir-riżoluzzjoni għaddiet wara li l-Parlament baqa’ ma vvutax fuq rapport kontroversjali imressaq mill-ewro-parlamentari Soċjalista

estrerla

Edite Estrela (ritratt) li fost l-oħrajn kien isejjaħ biex il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea jikkunsidraw l-abort bħala dritt tal-bniedem u li jkun aċċessibli fis-sistemi kollha tas-saħħa Ewropej.

F’Ottubru li għadda dan ir-rapport kien diġa’ ntbagħat fi stadju ta’ kumitat u partijiet minnu kienu tneħħew. Madankollu, minħabba kwistjoni ta’ proċedura, ir-rapport baqa’ ma tressaqx għal vot u minflok ġiet approvata riżoluzzjoni li ma torbotx.